Sunday, November 10, 2024

IL-BUDGET LI JAGĦTI TRIQ ‘L QUDDIEM

Aqra wkoll

Il-baġit għas-sena 2025 nistgħu ngħidu li intlaqa’ tajjeb. Bħal kull baġit oħra, l-argumenti ma jonqsux.   Li wieħed jista’ jgħid żgur hu li għal sena oħra konsekuttiva il-Gvern mar quddiem il-poplu b’budget ieħor pożittiv. Baġit li kompla jibni fuq dak li għamlu bagits oħra  qabel u compta saħħaħ għadd ta’ miżuri soċjali b’inċentivi fiskali.  Kien baġit li lill-pajjiż tah futur ekonomiku b’saħħtu.

Kellna snin fejn fil-baġit konna nistennew miżuri u naraw kif dawn se jolqtu fil-laħam il-ħaj. Qegħdin jiġuna f’moħħna miżuri li jżidu t-taxxi. Miżuri li jżidu liċenżji jew li jgħollu l-kontijiet. Kien ilna għal dawn l-aħħar snin ma nara żidiet fit-taxxi u din is-sena il-baġit mar oltre minn hekk u kien baġit li naqqas it-taxxi. 

Tnaqqis fit-taxxi fil-baġit turi sinjal.  Dak li l-ekonomija ta’ pajjiżna sejra tajjeb u għalhekk il-gvern jiflaħ inaqqas l-piż tat-taxxi.  Fuq kollox din hi direzzjoni ekonomika, li aktar ma tagħti flus fil-but, il-Malti aktar jonfoq u aktar ikabbar l-ekonomija.  Dak li sar f’dan il-baġit kient ukoll wegħda elettorali u għalhekk dan il-baġit wettaq wegħda oħra elettorali. 

Meta wieħed jgħid li l-ekonomija sejra tajjeb, irid jara x’inhu l-kuntest. X’inhi s-sitwazzjoni f’pajjiżna li fiha qiegħed ikun preżentat fiha l-budget. Il-kuntest hu wieħed fejn l-iżbilanċ finanzjarju tal-pajjiż qed ikun kontrollat u qiegħed jitnaqqas. Dan, skont dak preżentat mill-gvern, qiegħed isir b’pass aktar mgħaġġel minn dak mitlub mill-Kummissjoni Ewropea.

Fuq naħa oħra imbagħad għandek is-soltu żidiet fil-pensjonijiet, waqt li għal darba oħra l-gvern ħa d-deċiżjoni li ma jgħollix il-kontijiet għad-dawl u l-ilma, minkejja pressjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea. 

Ma ngħixux ġo bozza u għalhekk jekk inħarsu madwarna u anki lil hinn minn pajjiżna naraw li għadd ta’ pajjiżi qegħdin jiffaċċjaw sfidi mhux żgħar. Sfidi li anke kellu jiffaċċjahom pajjiżna. Sfidi li matulhom, il-pajjiż ipproteġa lin-negozji u l-familji fosthom fuq l-inflazzjoni qawwija li kienet qiegħda tolqot lid-dinja. 

Għalhekk dan il-baġit irridu nħarsu lejh biss mhux x’ġie għandna iżda x’hawn madwarna. Dak li għaddejjin minnu pajjiżi oħra qrib tagħna. Fuq kollox kif qegħdin ngħixu aħna meta mqabbel ma’ l-għixien li qegħdin jgħixu popli oħra fl-Unjoni Ewropea. Meta nqabblu se nsibu li qegħdin aħjar. Dan ma jfissirx li m’għandniex l-isfidi tagħna li ġejjin miċ-ċokon tagħna u l-pożizzjoni ġeografika tagħna. Sfidi u problemi li sakemm nibqgħu niġbdu l-istess ħabel se nkunu kapaċi ngħelbuhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport