Monday, December 9, 2024

Premier League Ingliż: Man City isofru t-tieni telfa infila

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester City sofrew it-tieni telfa konsekuttiva meta din id-darba sfaw megħluba minn Brigh­ton bl-iskor ta’ 2-1. 

Kien Erling Haaland (23) li fetaħ l-iskor għas-City iżda  Brighton skorjaw darb­tejn minn Joao Pedro (78) u Matthew ORiley (83) biex dawru telfa f’rebħa u ħadu t-tliet punti.   

Brentford v Bournemouth – F’partita mill-aktar pjaċevoli, Brentford għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 3-2. 

Bournemouth kienu dej­­jem fil-vantaġġ minn Eva­nilson (17) u Justin Klui­vert (49) u filwaqt li Yoane Wissa (27)  u Mikkel Damsgaard (50) kisbu d- draw kull darba, l-istess Wissa (58) skorja l-goal tar-rebħa għat-team ospitu.  

C. Palace v Fulham – Barra minn darhom, Fulham għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 2-0, bl-iskorers ikunu Emile Smith-Rowe (45) u Harry Wilson (83).

Il-Palace kellhom lil Dai­chi Kamada (77) imkeċċi. 

West Ham v Everton – West u Everton spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals liema riżulta ma kkuntenta li ħadd.

B’dan ir-riżultat, il-ma­nager tal-Hammers, Julien Lopetegui, jista’ jitkeċċa.

Wolves v Southampton – Wolves irreġistraw l-ewwel rebħa meta f’darhom issuperaw lil Southampton bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Pablo Sarabia (2) u Matheus Cunha (51).

Ekonomija

Sport