Monday, December 9, 2024

Serie A: Milan miżmuma minn Cagliari

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Milan marru għand Cagliari u ġew miżmuma fi draw ta’ 3-3 biex fallew żewġ punti importanti fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions Lea­gue. 

Il-goals tar-Rossoneri was­lu minn doppjetta ta’ Rafael Leao (15, 40) u Tammy Abraham (69) filwaqt li Nadir Zortea (2) u Gabriele Zappa (53) skorjaw għat-team minn Sardinja. U meta kollox deher li l-Milanisti setgħu jirbħu, Zappa salva r-riżultat fid-89 minuta.    

Venezia v Parma – Parma marru għand Venezia u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 biex inqalgħu miż-żona l-ħamra u ħallew lill-istess Venezia fil-qiegħ tal-klassifika. 

Il-goals tagħhom waslu minn Emanuele Valeri (17) u Ange Bonny (68) wara li Hans Nicolussi (5) fetaħ l-iskor għat-team ospitu.  

 Lecce v Empoli – Lecce baqgħu fiż-żona l-ħamra meta f’darhom spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Empoli. 

Pietro Pellegri (33) fetaħ l-iskor għal Empoli iżda Santiago Pierotti (77) kiseb id-draw għal Lecce. 

Wara dan ir-riżultat, Lecce keċċew lill-coach Luca Gotti.

Genoa v Como – Genoa laqgħu lil Como u temmew fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd hekk iż-żewġ timijiet jinsabu żewġ punti mill-aħħar post b’10 punti kull wieħed. 

Como dehru resqu lejn rebħa barra minn darhom meta fetħu l-iskor minn Lucas Da Cunha (17). Iżda Alessandro Vogliacco salva r-riżultat għal Genoa b’goal fit-92 minuta.

Ekonomija

Sport