L-Arġentina kisbu rebħa kbira ta’ 7-0 kontra l-Burkina Faso f’wirja dominanti, b’ħames goals fl-ewwel taqsima u tnejn oħra wara l-mistrieħ.
Peró l-Albiceleste lagħbu kontra t-team ta’ taħt it-23 sena tal-Burkina Faso fit-tieni waħda mit-tliet partiti ta’ ħbiberija tagħha, wara li kważi l-players Afrikani rrifjutaw li jivvjaġġaw lejn l-Amerika t’Isfel minħabba problemi loġistiċi u ekonomiċi.
Il-Burkina Faso kienu mistennija jaslu Buenos Aires biss ħames sigħat qabel il-partita, u għalhekk, biex jevitaw sanzjonijiet, bagħtu it-team ta’ Taħt it-23 sena.
Intant, Lautaro Martinez fetaħ l-iskor fir-raba’ minuta wara li inizjalment falla penalty, qabel Moumouni Diallo kkommetta awto-goal erba’ minuti wara. Gianluca Prestianni għamilhom 3-0 fit-12-il minuta, Nico Paz żied ir-raba’ fil-35 minuta, u Julian Alvarez skorja l-ħames gowl minuta wara.

Wara l-mistrieħ, l-Arġentina komplew jiddomina u Franco Mastantuono għamilhom 6-0 fil-57 minuta. Giuliano Simeone għalaq il-goleada fit-tielet minuta tal-ħin miżjud b’daqqa ta’ ras.
Il-goalkeeper ta’ Burkina Faso, Razack Guira, wettaq diversi saves biex evita telfa saħansitra akbar, filwaqt li Santiago Castro laqat il-lasta fil-ħin miżjud.
Il-partita li jmiss hija dik kontra Benin, nhar it-Tlieta, 6 ta’ Ottubru, hekk kif se tkun waħda speċjali minħabba li se tkun l-addio ta’ Lionel Messi mit-team nazzjonali.





