Saturday, November 23, 2024

Il-Bużu u martu jsiru ġenituri għall-ewwel darba taċ-ċkejken Giuseppe

Aqra wkoll

John Busuttil, magħruf aktar bħala l-Bużu għadu kif ħabbar li hu u martu saru ġenituri għal l-ewwel darba taċ-ċkejken Giuseppe. F’messaġġ fuq Facebook, John qal li hu u martu ħadu d-deċiżjoni li ma jgħidu lil ħadd li se jsiru ġenituri u wisq anqas li se jkollhom tifel. 

Żied jgħid li ċ-ċkejken Giuseppe twieled ilbieraħ 6 ta’ Settembru fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Huwa irringrazzja lit-tabib Karl Cutajar li kien ta’ għajnuna kbira għal martu u rringrazzja wkoll lil iisptar li b’mod professjonali ħadu ħsieb kollox.

Temm jgħid li huwa beħsiebu jaqsam l-istorja taċ-ċkejken Giuseppe li sejjaħlu miraklu mas-segwaċi kollha li għandu jsegwuh. Qal ukoll; “Grazzi…grazzi…grazzi…speċjalment lilek Janice u lilek Madonna ta’ Lourdes li għoġbok tagħtina dan il miraklu…grazzi grazzi Dr. Karl Cutajar”.

Sport