Thursday, April 18, 2024

Il-captain Teddy Teuma jiskorja fir-rebħa ta’ St Gilloise

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Malti, Teddy Teuma, kien wieħed mill-protagonisti għat-team tiegħu St Gilloise li fil-kampjonat Belġjan, barra minn daru għeleb lil Eupen bl-iskor ta’ 2-1.

Kien proprju Teuma, li kien ukoll captain, li fetaħ l-iskor fit-tmien minuta. Iżda, fit-18-il minuta, it-team ospitu kiseb id-draw permez ta’ Boris Lambert.

U meta kollox deher li l-partita kienet se tintemm fi draw, St Gilloise kisbu r-rebħa b’mod drammatiku minn Victor Boniface.

Ekonomija

Sport