Friday, April 26, 2024

Napoli jegħlbu lil Milan u jibqgħu jżommu l-ewwel post ma’ Atalanta

Aqra wkoll

Napoli baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ma’ Atalanta meta barra minn darhom għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 2-1, bir-Rossoneri kienu wkoll qed jaqsmu l-quċċata qabel din il-partita. 

B’hekk Napoli waqqfa s-sensiela ta’ Milan ta’ 22 partita mingħajr telfa. 

Il-Partenopei fetħu l-iskor, fil-55 minuta meta ngħataw penalty wara li l-akkwist il-ġdid, Sergino Dest ikkommetta foul il-kaxxa fuq  Kvicha Kvaratskhelia. Mill-11-il metru Matteo Politano ma żbaljax.  

Iżda, fid-69 minuta, Milan kisbu d-draw meta azzjoni bejn Brahim Diaz u Charles De Ketelaere spiċċat għand Olivier Giroud li xeħet fir-rokna tax-xibka biex dan kien it-tielet goal konsekuttiv f’dan l-istaġun. 

Ir-Rossoneri komplew jippressaw biex jiksbu l-goal tar-rebħa … iżda kienu l-Partenopei li għamlu dan, fit-78 minuta, meta Giovanni Simeone kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Mario Rui. 

Sport