Thursday, April 18, 2024

Real jirbħu d-derby ta’ Madrid

Aqra wkoll

Real Madrid rebħu d-derby tal-belt kapitali meta marru għand Atletico Madrid u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 biex baqgħu jżommu ż-żewġ punti vantaġġ f’ras il-klassifika fuq Barcelona. 

F’konfront mimli tensjoni, fit-18-il minuta, Real fetħu l-iskor meta azzjoni mibdija minn Ferland Mendy, Aurelien Tchouameni kompla l-ballun lejn Rodrygo li b’xutt mill-ewwel għeleb lill-goalkeeper, Jan Oblak.

Huma rduppjaw fis-36 minuta, meta Luka Modric żmarka lil Vinicius Junior li daħal fil-kaxxa bit-tenattiv tiegħu jaħbar mal-lasti iżda mir-rebound Federico Valverde xeħet fix-xibka.

Fit-tieni taqsima r-ritmu naqas b’mod drastiku sakemm, fit-83 minuta, Atletico naqqsu l-marġni meta Antoine Griezmann xeħet cross bil-ballun jaħbat mal-ispalla ta’ Mario Hermoso u spiċċa fix-xibka. 

Iżda fil-91 minuta, Atletico spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa l-istess Hermoso għat-tieni karta safra.

Ekonomija

Sport