Friday, November 13, 2026
Home Sport Isem Isak marbut f’investigazzjoni dwar allegat frodi fit-trasferiment tiegħu ma’ Newcastle

Isem Isak marbut f’investigazzjoni dwar allegat frodi fit-trasferiment tiegħu ma’ Newcastle

0
27

Alexander Isak sab ismu marbut ma’ investigazzjoni dwar allegati reati finanzjarji relatati mat-trasferiment tiegħu minn Real Sociedad għal Newcastle United fl-2022.

Skont il-media Svediża, kumpanija minn Gothenburg kellha tirċievi €1.5 miljun bħala parti mill-ftehim, li kien jiswa madwar €70 miljun.

Il-każ huwa parti minn investigazzjoni dwar suspett ta’ ħasil ta’ flus u irregolaritajiet finanzjarji li jinvolvu aġent tal-football.

Isak iddistakka ruħu mill-allegazzjonijiet u qal li ma jafx eżattament x’seta’ ġara, x’qed jiġri u x’inhu minnu. Huwa saħaq li l-players normalment ma jkunux involuti fin-negozjati bejn il-clubs u l-aġenti tagħhom.

L-attakkant Svediż ikkonferma wkoll li ma kienx kellem lill-aġent tiegħu dwar din il-kwistjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here