Friday, November 13, 2026
Home Sport Winston Muscat jinħatar coach ta’ Birkirkara

Winston Muscat jinħatar coach ta’ Birkirkara

0
36

Wara tentattivi biex jinħatar il-Portugiż, Daniel Portela, issa Birkirkara laħqu ftehim ma’ Winston Muscat biex ikompli jmexxihom għal dan l-istaġun.

Huma ma għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fl-ogħla diviżjoni hekk kif f’perjodu ta’ 15-il sena, bejn l-2010 u l-2025, mexxa xejn inqas minn seba’ timijiet.

Dawn huma Vittoriosa Stars, Pembroke Athleta, Tarxien Rainbows, Sirens, Hamrun Spartans, Marsaxlokk u Naxxar Lions, b’dawn it-tnejn tal-aħħar ikollu żewġ avventuri magħhom.

Dan minbarra li mexxa lit-team nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena.

L-ewwel partita ta’ Muscat fil-Kampjonat Premier kienet ma’ Vittriosa Stars, fit-telfa ta’ 3-0 kontra Valletta, Nhar it-12 ta’ Settembru, 2010.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here