Friday, November 13, 2026
Home Sport Ir-referee Malti Ishmael Barbara se jikkontrolla logħba tal-UEFA Nations League

Ir-referee Malti Ishmael Barbara se jikkontrolla logħba tal-UEFA Nations League

0
59

Ir-referee Malti, Ishmael Barbara, intgħażel mill-UEFA biex jikkkontrolla l-konfront bejn il-Lussemburgu u l-Estonja, li jagħmel parti minn Grupp C4 tal-UEFA Nations League.

Barbara, li għandu l-badge tal-FIFA, se jkun assistit mill-uffiċjali, Luke Portelli u Duncan Spencer, filwaqt li Slobodan Petrovic se jkun ir-raba’ uffiċjal.

F’din il-logħba se tintuża wkoll is-sistema tal-VAR, b’Pawel Malec u Kornel Paskiewicz, it-tnejn mill-Polonja, jaqdu r-rwoli ta’ Video Assistant Referee u Assistant Video Assistant Referee rispettivament.

Il-partita se tintlagħab illum, il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru 2026, fl-iStade de Luxembourg, u tibda fid-8.45 pm

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here