Thursday, April 18, 2024

Sadio Mane ma jidhrix kuntent ma’ Bayern Munich …..

Aqra wkoll

L-ex-istilla ta’ Liverpool, Dietmar Hamann, sostna li Sadio Mane “jidher iżolat” f’Bayern Munich peress li mhux qed jieħdu l-aħjar minnu.

Somma ta’ madwar £34 miljun tħallset minn Liverpool biex iffirmaw lil Mane mingħand ir-rivali tagħhom tal-Premier League, Southampton, lura fl-2016.

Kien hemm xettiċiżmu meta Liverpool ħallsu daqshekk biex jiffirmawh iżda ma damx ma sikket lil dawk li ddubitawh.

Mane kiber biex ikun wieħed mill-aqwa attakkanti fil-football dinji matul is-sitt snin tiegħu f’Liverpool.

L-internazzjonali tas-Senegal skorja 120 goal impressjonanti f’269 dehra għat-team ta’ Jurgen Klopp.

Huwa għenhom jirbħu t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs, iċ-Champions League, is-Super Cup Ewropea, Premier League, FA Cup u League Cup matul iż-żmien tiegħu mal-club.

Il-kuntratt tiegħu ma’ Liverpool kellu jiskadi fl-2023 iżda wara t-telfa tagħhom fil-finali taċ-Champions League ħabbar li ried jitlaq qabel il-bidu tal-istaġun kurrenti, 2022-23.

Bayern malajr tfaċċaw bħala d-destinazzjoni preferuta tiegħu u l-ħlas potenzjali ta’ £35 miljun ġie maħruġ mill-club Ġermaniż biex jiffirmah.

Meta wieħed iqis l-livelli għoljin tagħ­hom, il-Bavarjani tfixklu fl-aħħar ġimgħat hekk kif kisbu tliet draws konsekuttivi u telfa fil-Bundesliga. It-telfa kienet pro­prju nhar is-Sibt li għadda kontra Augsburg bl-iskor ta’ 1-0 fejn Mane ġie mibdul fid-59 minuta minn Eric Choupo-Moting.

Mane skorja ħames goals f’10 dehriet iżda jinsab mingħajr goal f’erba’ ħarġiet fil-kompetizzjonijiet kollha.

Hamann huwa mħasseb dwar Mane. Jaħseb li l-attakkant għadu ma ġiex “integrat” u għalhekk “ħadd mhu qed jitkellem dwaru bħalissa”:

“Hu mhux integrat. Rajtu ma’ Liverpool, fejn lagħab min-nofs. Dik mhix il-pożiz­zjoni tiegħu. Issa qed jieħu dik il-pożizzjoni f’Bayern ukoll,” qal Hamann.

“Huwa fl-aqwa tiegħu meta jiġi mill-ġnub. Għalija ma jidhirx ferħan.

“Players oħra bħal Leroy Sane, Jamal Musiala jew, fid-difiża, Lucas Hernandez, li bħalissa jinsab imweġġa’, qed jagħtu wir­jiet mill-aqwa.

“Bħalissa ħadd mhu qed jitkellem fuq Mane. Jidher iżolat u ma tantx jieħu sehem fil-logħba. Bayern iridu jindirizzaw din il-problema mill-aktar fis.”

L-eks player ta’ Liverpool żied jgħid: “Fl-opinjoni tiegħi, hemm żewġ players li assolutament iridu jilagħbu li huma Sane u Musiala. Dawn huma l-aqwa żewġ players bħalissa.

“Naħseb li Mane għandu wkoll jitpoġġa fuq il-bank jekk jibqa’ jilgħab daqstant ftit fil-logħba ta’ Bayern. Ovvjament int tista’ twarrab lil Mane. Ikun aħjar hemmhekk.

“Madankollu, huma diġà għandhom tliet players mill-aqwa f’dik il-pożizzjoni f’Musiala, Sane u Coman.

“Mane fin-nofs mhix is-soluzzjoni lanqas. Missek kont taf li kieku rajt il-logħob tiegħu f’Liverpool.”

Ekonomija

Sport