Tuesday, December 24, 2024

Il-clubs ta’ La Liga qed jheddu bi strajk biex jimblokkaw is-Super League Ewropew

Aqra wkoll

Il-clubs ta’ La Liga qed jikkunsidraw li jagħmlu strajk hekk kif qed tikber il-pressjoni fuq il-Gvern Spanjol biex jimblokka s-Super League Ewropew.

Il-president ta’ Real Madrid, Florentino Perez, jinsab iddisprat biex jerġa’ jqajjem il-proġett tiegħu, li sfaxxa sena u nofs ilu. 

Iżda l-clubs ta’ La Liga huma determinati li jwaqqfuh hekk kif il-partiti politiċi qed jintalbu biex jintervjenu.  

B’kollox 14-il team qed jheddu li ma jilagħbux  sakemm il-Gvern jirrifjuta s-Super League.

Nhar it-Tnejn li ġej, l-14-il president tal-clubs kollha se jiltaqgħu mal-Ministru tal-Isport Spanjol, Miquel Iceta, fejn qed jitolbu ċertezza tas-serħan il-moħħ.  

Dawn l-istess clubs qed jitolbu ta’ aġġornament tal-liġi tal-isport biex tiġi abolita darba għal dejjem din l-idea kontroversjali.

Min-naħa l-oħra, il-president ta’ La Liga, Javier Tebas, qed iwissi li jista’ jkun hemm konsegwenzi koroh jekk il-clubs verament jiddeċiedu li jagħmlu strajk, fit-28 ta’ dan ix-xahar. 

Il-clubs qed isostu li 39 minn 42 minnhom fl-ogħla żewġ diviżjonjiet qed jopponu t-twaqqif tas-Super League Ewropew.

Dawk li huma favur huma Real Madrid, Barcelona u Athletic Bilbao.

Real Madrid u Barcelona għadhom impenjati fis-Super League flimkien ma’ Juventus. Il-clubs l-oħra Ewropej li oriġinarjament kien f’taħditiet ma’ dawn it-tliet clubs kollha rtiraw. 

Ekonomija

Sport