Wednesday, April 24, 2024

Aktar rebħ għall-Maltin fil-kampjonati mondjali tal-Pool

Aqra wkoll

It-timijiet Maltin li qegħdin jieħdu sehem fil-Kampjonati Mondjali tal-Pool ġewwa l-Irlanda komplew jiksbu aktar riżultati prestiġjuzi. It-tim Malti tal-Irgiel kiseb rebħa konvinċenti ta’ 13-8 fuq it-tim nazzjonali Belġjan. Aktar kmieni filgħodu, it-tim Malti safa megħlub bl-iskor ta’ 12-9 mit-tim nazzjonali Ingliż, detentur tat-titlu mondjali. Aktar tard illejla, it-tim Malti jerġa’ jkun impenjat f’logħba oħra kontra Franza. 

Iż-żgħażagħ ta’ taħt il-25 sena kisbu rebħa oħra tajba ta’ 5-4 fuq Franza biex issa jinsabu fl-ewwel post bi tliet rebħiet. It-tim Malti ikun impenjat iżjed tard kontra l-Irlanda. 

It-tim tal-Over 50’s kiseb rebħa ta’ 13-12 fuq it-tim Irlandiż u llejla jkun impenjat f’żewġ logħbiet oħra kontra Franza u l-Awstralja. 

Fil-kampjonati tad-doubles, it-timijiet koppiji Maltin ta’ Kevin Mericea ma’ Wayne Bonnici u Ryan Pisani ma’ Gary Carr ikkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar 16. 

Sport