Saturday, December 21, 2024

Il-clubs tal-Premier Ingliż se jivvutaw jekk ineħħux il-VAR

Aqra wkoll

Il-clubs tal-Premier League se jivvutaw dwar jekk ineħħux il-Video Assistant Referee (VAR) mill-istaġun li ġej fil-laqgħa ġenerali annwali tagħhom ix-xahar id-die­ħel.

Wolverhampton Wanderers ippreżentaw formalment riżoluzzjoni lill-Premier Lea­gue li se tagħti bidu għal vot meta l-20 club membru jiltaqgħu f’Harrogate, fis-6 ta’ Ġunju.

Il-club qal li l-VAR ġie introdott in bona fede iżda wassal għal “għadd ta’ konsegwenzi negattivi mhux intenzjonati li qed jagħmlu ħsara lir-relazzjoni bejn il-partitarji u l-football”.

Il-VAR ġie introdott fl-2019 biex jgħin jappoġġa lill-uffiċjali fil-ground b’deċiżjonijiet ewlenin tal-partita, iżda kien hemm numru ta’ inċidenti kontroversjali li jinvolvu t-teknoloġija dan l-istaġun.

“Il-prezz li qed inħallsu għal żieda żgħira fl-eżattezza huwa kontra l-ispirtu tal-logħba tagħna,” taqra stqarrija ta’ Wolves.

Il-Premier League qal li “irrikonoxxa t- tħas­sib” dwar il-VAR iżda “jappoġġa bis-sħiħ” it-teknoloġija u se jkompli jaħdem mal-korp tar-referees, PGMOL, biex jagħ­mel titjib.

Kwalunkwe tibdil fir-regola jeħtieġ maġ­ġoranza ta’ żewġ terzi – 14 mill-20 club – biex jivvutaw favur.

Il-clubs tal-Premier League diġà vvutaw biex tiġi introdotta teknoloġija semi-awtomatizzata tal-offside għall-istaġun 2024-25.

Ekonomija

Sport