Wednesday, July 24, 2024

Kieran McKenna jista’ jieħu post Erik ten Hag

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Ipswich Town, Kieran McKenna, li għandu 38 sena, jista’ jkun il-manager li jmiss ta’ Manchester United.

Allegatament, ir-Red Devils bdew taħditiet ma’ rappreżentanti tiegħu waqt li qed ifittxu s-suċċessur potenzjali ta’ Erik ten Hag.

L-esperjenza passata tal-manager żagħżugħ mar-Red Devils u l-wirja eċċezzjonali tiegħu mat-team taċ-Cham­pionship rawh jitla’ fil-lista.

McKenna rebaħ żewġ promozzjonijiet konsekuttivi ma’ Ipswich hekk kif dawn se jirritornaw fil-Premier League fl-istaġun li ġej.

McKenna kien il-coach tat-team tal-U/18 f’Old Trafford fl-2016 u aktar tard ġie promoss għal assistent manager taħt Jose Mourinho qabel telaq fl-2018.

Huwa nħatar bħala l-manager tat-Tractor Boys, f’Diċem­bru tal-2021.

Peró, rapporti qed isostnu li l-coach tat-team nazzjonali tal-Ingilterra, Gareth Southgate, jibqa’ l-aqwa kandidat għal Manchester United.

Minbarra l-coach tal-Ingilterra u McKenna, Graham Potter, Thomas Tuchel u Robert De Zerbi kollha ġew imsemmija biex jieħdu t-tmexxija tat-team tar-Red Devils.

Ekonomija

Sport