Wednesday, July 24, 2024

Premier League of Darts: Erba’ plejers jgħaddu għas-semifinali

Aqra wkoll

Norbert Attard, Jonathan Bilocca, Albert Scerri u Kirsten Aquilina għaddew għas-semifinali tal-Premier League of Darts tal-irġiel wara li kisbu riżultati pożittivi fir-round ewlieni ta’ din il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, huma rnexxielhom ukoll jiksbu post mat-tim nazzjonali Malti li se jikkompeti f’turnament internazzjonali fis-Slovakkja matul is-sajf li ġej.

Fl-aħħar riżultati tal-logħbiet li ntlagħbu fil-Birgu Boċċi Club, Norbert Attard għeleb lil Kirsten Aquilina 4-3 u lil Anthony Borg 4-0 għalkemm tilef kontra Tony Borg 4-3.

Mill-banda l-oħra, il-plejer fit-tieni post Albert Scerri għeleb lil Godfrey Abela 4-1 għalkemm tilef 4-3 kontra Jonathan Bilocca. Dan tal-aħħar rebaħ 4-3 kontra Kevin Aquilina iżda tilef 4-3 kontra Kirsten Aquilina.

KLASSIFIKA – PREMIER LEAGUE OF DARTS

Norbert Attard 24, Albert Scerri, Kirsten Aquilina, Jonathan Bilocca 18, Tony Borg, Enrico Scerri 15, Godfrey Abela 12, Kevin Aquilina 9, Alfred Muscat 6, Anthony Borg 0

Ekonomija

Sport