Friday, May 3, 2024

Il-coach Attard jsejjaħ skwadra ta’ 18-il player għal UEFA Regions Cup

Aqra wkoll

Il-coach, Alfred Attard, u l-assistent tiegħu Clint Tabone, għażlu l-iskwadra finali ta’ 18-il player li nhar it-Tlieta li ġej se jħallu pajjiżna lejn il-Kroazja fejn se jieħdu sehem  fil-UEFA Regions Cup.

Ħamsa u tletin team minn assoċjazzjonijiet madwar l-Ewropa se jipparteċipaw fi tmien mini-tournaments li se jintlagħbu f’dan il-pajjiż.

Il-kompetizzjoni hija miftuħa għal timijiet amateurs iżda Malta u San Marino se jkunu rrappreżentanti mit-timijiet nazzjonali tal-amateurs.

Malta ttellgħet biex tilgħab fi Grupp 8 li jinkludi wkoll lil  Split (Kroazja), Belgrad (Serbja) u Ivano Frankivsk (Ukrajna).

It-tournament se jsir f’Zadar, il-Kroazja, hekk kif il-programm huwa mifrux fuq tlett ijiem:

MD1 – 28 ta’ Settembru – Malta v Split Region (Kroazja)

MD2 – 1 ta’ Ottubru – Malta v Ivano Frankivsk (Ukrajna)

MD3 – 4 ta’ Ottubru – Malta v Belgrad (Serbja)

Il-logħob kollu se jintlagħab fi Stadio Stanovi, f’Zadar, u jibda fl-4.30 pm.

Il-lista msejħa mill-coach Attard hija:

Goalkeepers: Jonathan Grech (Zabbar St Patricks), Leon Seisun (Għaxaq)

Difensuri: Daniel Sant (Lija Athletic), Gianluca Bugeja (Marsa), Dylan Micallef (Marsa), Ismael Colombo (Marsaskala), Andrea Azzopardi (Zurrieq), Ian Montanaro (Marsa)

Midfielders: Samuel Buhagair (Fgura), Josmar Galea (Marsaskala), Josuel Spiteri (Marsaskala), Ryan Dalli (Mgarr United) Shalon Diacono (Zabbar St Patricks), Damon Hili (Victoria Hotspurs), Thomas Giles (Lija Athletic).

Attakkanti: Saturday Nanapere (Mgarr United), Andre Joe Cutajar (Zabbar St Patricks), Nicholas Schembri (Attard)

Sport