Friday, December 27, 2024

Il-coach ta’ Paris SG iwarrab rapporti li Neymar u Mbappe huma miġġieldin

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Paris St Germain, Christophe Galtier, ċaħad rapporti li ż-żewġ attakkanti, il-Franċiż Kilian Mbappe u l-Brażiljan Neymar, huma miġġieldin.

Huwa fiehem kien fil-logħba kontra Montepellier kien hemm nuqqas ta’ ftehim bejniethom wara li l-Pariġini ngħataw żewġ penalties.

L-ordni hi li Mbappe huwa responsabbli mill-għoti tal-penalties iżda wara li falla l-ewwel wieħed, kien hemm argument ma’ Neymar hekk kif dan tal-aħħar ried jagħti t-tieni penalty … kif fil-fatt għamel u skorja.

Mbappe ma marx jifraħ miegħu wara li skorja l-penalty biex dak kien proprju l-bidu ta’ argumenti bejniethom.

Iżda l-għada l-coach bagħat għalihom u fehmu l-esiġenzi tal-club u ta’ sħabhom. Galtier sostna wkoll

li waqt it-taħriġ ta’ matul il-ġimgħa kien hemm perjodi fejn dehru jiċċajtaw.

Ekonomija

Sport