Friday, May 3, 2024

Pinta birra dalwaqt tiġi tiswa £9 fil-pubs u r-ristoranti Ingliżi

Aqra wkoll

L-għoli tal-ħajja qed jirranka kullimkien bla ebda eċċezzjoni jew limitu. Fil-fatt l-inflazzjoni ta’ bħalissa qed twassal popli f’pajjiżi diversi jnaqqsu l-konsum. Din is-sitwazzjoni tista tkompli tiggrava jekk tikkaġuna riċessjoni.

Fl-Ingilterra, dawk li jħobbu jixorbu ll-birra qed jiġu mwissija biex jippreparaw għal prezz ts £9 pinta minħabba li l-prezzijiet tal-pubs u r-ristoranti sejrin għal żieda oħra ta’ 6% fis-sena d-dieħla.

Sidien ta’ stabbilimenti fl-industrija tal-ospitalita fl-Ingilterra diġa qed jgħidu li se jerġgħu jgħollu l-prezzijiet tax-xorb u tal-ikel hekk kif qed jistennew li l-ispejjeż ġenerali jiżdiedu wara li diġà telgħu b’9% fl-aħħar 12-il xahar.

Il-komunitajiet madwar il-pajjiż huma wkoll fil-periklu li jaraw il-pubs lokali tagħhom iservu ordnijiet għall-aħħar darba minħabba li n-negozji ma jistgħux jimmaniġġaw aktar l-inflazzjoni li qed tiżdied u li hemm il-biża li l-inflazzjoni tersaq għal 15% is-sena d-dieħla.

L-analisti tal-kummerċ fl-industrija tal-ospitalità irrappurtaw li l-aktar pinta għalja f’Londra kienet bi prezz ta’ 8 liri sterlini.

Ċifri ġodda mill-esperti tal-assoċjazzjoni tal-Business Confidence Survey juru li pinta birra s-sena d-dieħla se tiġi tiswa £8.48. Pinta birra medja fir-Renju Unit fl-2008 kienet ta’ £2.30 iżda l-prezz tal-pinta din is-sena żdied bi 72% għal medja ta’ £3.95. F’Londra, birra medja diġà tiswa £5.50, skond finder.com.

Spejjeż ogħla fis-settur tal-ospitalità se jżidu wkoll il-prezzijiet għal takeaways, klabbs u lukandi fl-2023.

Hemm stimi li ikla normali ta’ tiġieġ u xorb għal familja ta’ erbgħa se tiġi tiswa bejn £68 u £72.08.

L-industrija tal-ospitalità fl-Ingilterra kellha tgħaddi żmien orribbli matul l-aħħar sentejn u nofs kaġun tal-pandemija, u t-tfixkil kontinwu ta’ bħġalissa fil-katina tal-provvista tal-ikel huwa l-aħħar sfida li n-negozji kellhom iħabbtu wiċċhom magħha.

Iż-żieda fl-ispejjeż u d-disponibbiltà qed jagħmlu pressjoni kbira fuq il-marġini tal-profit tal-operaturi. Flimkien mal-kriżi dejjem tikber tal-għoli tal-ħajja għall-konsumaturi, dan ifisser li l-kundizzjonijiet tal-kummerċ se jkunu iebsa ħafna matul il-bqija tal-2022.

Ħafna għadhom jemmnu li l-futur fit-tul tal-industrija tal-ospitalità huwa sabiħ, iżda għalissa l-mexxejja se jkollhom isibu l-bilanċ it-tajjeb bejn li jassorbu l-ispejjeż dejjem jogħlew jew li jgħadduhom lill-konsumaturi.

L-ispejjeż huma mistennija li jżommu ‘l bogħod għadd kbir ta’ klijenti u meta n-numru dejjem jonqos ta’ nies li jixorbu u li jieklu  f’ristorant, l-esperti jgħidu li dan jista’ jwassal biex aktar pubs Brittaniċi jagħlqu.

Madwar 200 pub għebu mill-komunitajiet Ingliżi u ta’ Wales mill-aħħar tal-2021 sal-aħħar ta’ Ġunju li għadda, u b’hekk it-total niżel għal 39,973 bar.

Emma McClarkin, kap eżekuttiv tal-British Beer and Pub Association, qalet li l-pubbliku huma mwaħħla f’morsa ‘bejn blat u post iebes’ hekk kif qed jippruvaw ilaħħqu ma’ kontijiet li qed jogħlew, filwaqt li l-klijenti qed inaqqsu l-infiq.

Il-pubs iridu jkopru l-ispejjeż tagħhom, iżda għandhom ukoll klijenti li qed jissikkaw iċ-ċinturin.

Diversi operaturi Ingliżi fil-qasam tal-ospitalita qed isostnu li m’hijiex esaġerazzjoni meta jingħad li dak li qed jiffaċċjaw f’termini ta ‘spejjeż li qed jogħlew jista’ jkollu impatt agħar mill-pandemija f’termini ta ‘għeluq ta’ negozju.

Sport