Tuesday, April 23, 2024

Il-komunità Rabtija maħsuda bit-telfa ta’ Jacques

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-komunità Rabtija tinsab maħsuda bil-mewt taż-żagħżugħ Jacques Fenech fl-età ta’ 20 sena.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm diversi żgħażagħ ħbieb tiegħu. Huwa ċertament jibqa’ mfakkar għall-karattru ferrieħi tiegħu fejn kien dejjem moħħu biex ikellem lil kulħadd. 

Se jħossu ċertament in-nuqqas taż-żagħżugħ dawk kollha li kienu jgħaddu fil-pompa tal-petrol kif titla t-Telgħa tas-Saqqajja, il-post fejn iż-żagħżugħ kien iħobb iqatta’ ħafna ħin jitkellem ma’ ħafna mill-klijenti li kienu jgħaddu biex jinqdew mill-pompa. 

Ħbieb oħrajn tiegħu fakkru l-mod sempliċi li bih kien dejjem lest li joħloq tbissima fuq ħaddieħor tant li l-kumpanija tiegħu se tinħass ferm.

Sport