Friday, December 13, 2024

IL-“COT DEATH”

Aqra wkoll

Il-“cot death”, għalkemm mhux komuni, tista’ twassal f’mewt għall-għarrieda ta’ trabi waqt l-irqad, speċjalment fl-ewwel ftit xhur ta’ ħajjithom.

Inti tista’ tipproteġi lit-tarbija tiegħek minn “cot death” billi traqqadha fuq daharha; iżda mhux fuq ġenbha jew fuq żaqqha, u idealment fl-istess kamra mal-ġenituri.

Importanti wkoll li t-tarbija titpoġġa fuq saqqu sod mgħotti b’liżar irqiq, f’ambjent nadif mingħajr tipjip, iżda wieħed dejjem għandu jħalli r-ras tat-tarbija mikxufa. Kif wkoll, wieħed għandu jevita l-użu ta’ imħaded, kutri ħoxnin, soft-toys jew affarijiet oħra fil-“cot” li jistgħu jkunu perikolużi għat-tarbija waqt l-irqad.

Huwa vitali wkoll li wieħed qatt ma jorqod fuq is-sufan b’tarbija f’idejh. It-trabi dejjem għandhom jorqdu fil-“cot” tagħhom.

Għal aktar informazzjoni dwar is-saħħa ħolistika, żur is-sit www.facebook.com/be.heart.healthy

Ekonomija

Sport