Saturday, May 4, 2024

“Ma narax għalfejn din l-esaġerazzjoni… Mhux nifhem ezatt għalfejn partit kellu jiġi kommoss”

Aqra wkoll

L-avukat Lynn Chircop Faure qalet li hija ħasra li d-dimensja ħakmet lill-Partit Nazzjonalista qabel l-elezzjoni u l-artist Malti sar jieħu għalih bix-xejn meta tqabblu ma’ dak li verament mhux aċċettabli. 

Qalet li l-mużiċisti u/jew artisti normalment malli ssemmilhom il-palk jifirħu, mhux iħossu li huwa post fejn iġarbu d-diżappunti.

“Veru li hawn tant minnhom li qatt ma ġew rikonoxxuti minħabba li l-politika partiġġjana tidħol f’kollox ġo dal-pajjiz toqba… Iżda li kont flok Julie hekk kont nikkumenta. Julia għamlet distinzjoni leġittima dwar il-funzjoni li wieħed jrid jaqdi meta jkun mitħla tal-Palk u taspira li tkun fil-Parlament.”

“Emnuni, dak li ġie irrapurtat mill-Mument dwari u dak li rrapurtaw illum, jien stess ma kontx rajthom. Tant li niftakar kemm Miriam Dalli kienet sorpriza għall-mod kif irreagixxejt meta infurmatni li l-PN kellu xi diżappunt. Għedilha li xtaquni ħriġt għal Politika magħhom. Dak kien id-Diżappunt! Li xi delegazzjonijiet fix-Xena Mużikali kienu diżappunt nazzjonali u għal xi individwi, fosthom kantanti, li jimmilitaw mal-PN, kien aċċettat, Naqbel! X’inbidel minn meta gazzetta ta’ Partit politiku intenzjonalment offendiet mara, omm, artista kwalifikata għax waqat fil-lixka partiġġjana? X’inbidel meta faħruni għall-valuri u l-prinċipji sodi tiegħi, kollha leġittimi għax dejjem irriflettew l-unur lejn pajjiżna?”

Żiedet tgħid li: “Huwa stat ta’ fatt illi l-Parlament u l-Palk m’għandhom xejn x’jaqsmu ma xulxin.  Naħseb min hu mitħla tat-tnejn u qiegħed fil-Parlament jaf preċiz x’qed ngħid u jaf ukoll li tkun politiku mhux elett fl-għola Istituzzjoni ta’ Malta għandu jirrealizza li l-Parlament hija l-pjattaforma tal-poplu u mhux espressjoni personali (l-artist isejjaħlu palk). Ma narax għalfejn din l-esaġerazzjoni kollha għax xi ħadd għamel distinzjoni bejn il-funzjoni ta’ individwu fuq palk u dawk il-kredenzjali li huma sinonimi mal-funzjoni ewlenija tal-Parlament Malti. Ma smajtx lil avversarju jgħid li Julie diżunur għall-anqas! Mhux nifhem ezatt għalfejn partit kellu jiġi kommoss. Allura, x’inbidel? Jien ili nafha r-risposta. Ħbieb intom x’taħsbu? Ġrajja li tikkonvinċini li veru hawn min ma  jitgħallem qatt lanqas mill-iżbalji  tiegħu stess!”

Sport