Saturday, November 23, 2024

Il-Covid-19 b’żidiet qawwija fl-Ewropa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn Victor Vella

Wara li għal diversi ġimgħat għadd ta’ pajjiżi Ewropej esperjenzaw kontroll fuq l-imxija tal-pandemija, fl-aħħar jiem għadd ta’ pajjiżi madwar l-Ewropa qegħdin jesperjenzaw żidiet qawwija f’dawk li huma każijiet ġodda ta’ persuni infettati bil-Covid-19. Fost il-pajjiżi li esperjenzaw żidiet hemm Spanja, Franza u l-Ġermanja. Ir-Renju Unit fl-aħħar sigħat esperjenza l-ogħla każi ta’ persuni infettivi sa mill-21 ta’ Ġunju, b’1,148 każ. F’pajjiżna ukoll, ilbieraħ kellna żieda fil-każijiet ta’ persuni infettivi.

Fi Spanja jiddaħħlu restrizzjonijiet ġodda

Jekk nieħdu Spanja naraw li ddaħħlu restrizzjonijiet ġodda u dawn jinkludu l-għeluq ta’ postijiet ta’ divertiment (night clubs) u fuq għadd ta’ postijiet hu mandatorju li dak li jkun jilbes il-maskri.  Spanja irrapportat 326,000 persuni li kienu pożittivi li hu l-akbar ammont fl-Ewropa.  Fl-aħħar jiem, l-infezzjonijiet laħqu għal 1,895 f’jum wieħed. Il-medja tal-każijiet fl-ewwel għaxart ijiem ta’ Awwissu fi Spanja, kienu ta’ 1500 każijiet ġodda kuljum.

Fi Franza u l-Irlanda l-każijiet żdiedu sew

Fi Franza, il-każijiet ta’ persuni pożittivi żdiedu ukoll b’mod qawwi tant li fl-aħħar sigħat kien hemm 1,397 każijiet ġodda f’jum wieħed. Dan wassal biex il-Gvern Franċiż ħareġ ordni biex jintlibsu l-maskri  f’postijiet pubbliċi li fihom ikun hemm ħafna nies.

L-Irlanda irrappurtat 174 każijiet ġodda ta’ Covid-19, u dan ifisser li l-aktar ammont  li ġie reġistrat f’dan il-pajjiż sa minn Mejju li għadda. Qabel il-medja ta’ infezzjonijiet f’dan il-pajjiż kienet ta’ 58 każ kull jum.

It-Turkija ukoll irrappurtat żidied bil-każ jitilgħu għal 1,183 każijiet ġodda fl-aħħar sigħat. 

Fl-aħħar jiem il-Ġermanja rreġistrat l-għola każi ġodda sa minn Mejju

Jekk nieħdu l-Ġermanja naraw li l-każijiet ta’ persuni infettivi telgħu għal 966 f’jum wieħed u dan wara li ftit jiem ilu il-Ġermanja rreġistrat l-ogħla ammont ta’ każijiet sa minn Mejju. Fil-fatt ftit tal-jiem ilu irreġistrat aktar minn 1,000 każijiet ġodda f’jum wieħed.

Fl-Olanda żdiedu sew il-każijiet

Fl-Olanda naraw li kien hemm żidiet sostanzjali u f’ġimgħa waħda kien hemm 4,036 każijiet ġodda li tfisser żieda ta’ 55 fil-mija fuq il-ġimgħa ta’ qabel. Dan ifisser medja ta’ 500 każ kuljum, li hi l-bogħod minn kienet il-medja fl-eqqel tal-pandemija xhur ilu meta dakinhar il-medja ta’ każijiet ġodda kienu jlaħħqu għal 1,200 kuljum.

Fi Brussell issa jridu jintlibsu bilfors il-maskri anke fit-toroq u parks”

Fil-Belġju kien hemm żidiet ta’ infezzjonijiet fi Brussell u kien qed ikun hemm xejn inqas minn medja ta’ 50 każ kuljum u dawn telgħu għal 60 każ ġdid  għal kull 100,000 persuna. Issa kull min jgħix f’din il-belt irid jilbes il-maskra jekk ikun qed jirrilassa fil-parks. Il-maskri iridu jintlibsu ukoll fit-toroq u postijiet pubbliċi.

Ir-Renju Unit f’riċessjoni

Intant fl-aħħar sigħat sar magħruf li l-ekonomija tar-Renju Unit sofriet l-akbar tnaqqis bejn April u Ġunju  kawża tal-miżuri li ttieħdu biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19. Dan ifisser li r-Renju Unit jinsab f’riċessjoni, hekk kif irreġistra nuqqas ekonomiku f’żewġ kwarti tas-sena wara xulxin. Dan in-nuqqas ġie rreġistrat l-ewwel darba fi 11-il sena, fi żmien mindu l-ekonomija globali kienet għaddejja minn riċessjoni. L-ekonomija naqset b’20.4% meta mqabbel mal-ewwel tlieta xhur tas-sena. Jekk wieħed jieħu l-infiq tal-familji isib li dan naqas u anke d-domanda għall-kostruzzjoni naqset ukoll.

Sport