Sunday, December 22, 2024

Il-Covid qed jinfirex b’rata ferm aktar mgħaġġla fl-Ingilterra mill-“agħar xenarju” maħsub mill-Gvern Brittaniku

Aqra wkoll

Il-Covid-19 qed jinfirex b’rata sinjifikament aktar mgħaġġla fl-Ingilterra mill-agħar xenarju li kien imbassar mill-Gvern Brittaniku.

Is-Scientific Advisory Group for Emergencies (Sage) qal li kuntrarjament għal dak imbassar mill-Gvern, ir-rata ta’ infezzjonijiet ta’ persuni bil-Covid-19 hija erba’ darbiet aktar.

Uffiċjali tal-Gvern u l-NHS jużaw għal xenarju biex ikunu jistgħu jippjanaw għax-xhur li ġejjin, bil-pjan kien jistma li mal-85,000 persuna kienu se jmutu kaġun tal-coronavirus fl-Ingilterra.

Madankollu dokument uffiċjali ta’ Sage, data l-14 ta’ Ottubru u li kien ippubblikat ilbiera, jiżvela li s-sitwazzjoni hija ferm agħar milli mistennija.

Id-dokument jindika li x-xjentisti jistmaw li sa nofs Ottubru kien hemm bejn 43,000 u 74,000 persuna kuljum li qed jiġu infettati bil-Covid-19.

Ir-rapport jgħid li “dan huwa sinjifikament għola mix-xenarju li sar referenza għalih mill-Gvern, fejn in-numru ta’ każijiet ġodda kienu mistennijin li jibqgħu bejn 12,000 u 13,000 tul ix-xahar ta’ Ottubru.

Ekonomija

Sport