Friday, December 13, 2024

Il-COVID19 fl-Istati Uniti tkompli toħloq tħassib

Aqra wkoll

Minkejja sinjali  li l-ekonomija dinjija qed tibda tirkupra mill-effetti negattivi tal-COVID19, il-Kap tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) Kristalina Georgieva, qal li xorta waħda għad hemm sfidi għal ekonomija dinjija.  Hi qalet dan f’messaġġ lil Ministri tal-Finanzi tal-G20, qabel summit li se jkun qed jitlaqqa’ fl-Għarabja Sawdija.

F’Ġunju it-tbassir ta’ kemm se jkun hemm tnaqqis fil-ġid nazzjonali fid-dinja, ġie rivedut ‘l isfel u ssemma li t-tnaqqis se jkun ta’ 4.9 fil-mija matul is-sena 2020.  Il-pajjiżi tal-G20 taw stimulu ta’ €9.6 triljun biex jgħinu milli s-sitwazzjoni tmur għall-agħar. Fost dawn il-miżuri kien hemm għajnuniet lil dawk vulnerabbli. Georgieva iddikjarat li “din il-pandemija aktarx li se żżid il-faqar u l-inugwaljanza”.

Intant, il-Ġermanja ikkonfermaw aktar każi ta’ COVID19 u ħabbret li dawk infettati żdiedu b’534 biex issa it-total ta’ dawk infettati tela’ għal 200,260 persuna.  Informazzjoni li ħarġet minn Robert Koch Institute intqal li l-imwiet fil-Ġermanja żdiedu b’seba’ każi biex issa dawk li mietu fil-Ġermanja ammont għal 9,078 persuna. Apparti dan l-ekonomija Ġermaniża ċkienet b’1.6 fil-mija meta mqabbla mas-sena li għaddiet. Il-konsum u l-investiment fil-Ġermanja baqa’ wieħed baxx fil-ġimgħat li għaddew u bosta qed jissuġġerixxu li l-gvern għandu jżid l-isforzi ta’ għajnuna.

Jekk wieħed jieħu l-Irlanda, naraw li l-Gvern qed iżomm il-pjani biex itemm il-lockdown u dan wara li reġa’ kien hemm żieda fl-infezzjonijiet. 

L-Istati Uniti  irrappurtat xejn inqas minn 67,600 każ ta’ infezzjonijiet ġodda. Skont l-aħħar figuri, issa l-infezzjonijiet madwar id-dinja jammontaw għal 13.5 miljun persuna, waqt li l-imwiet telgħu għal ftit aktar minn 584,000 persuna.  Fl-Istati Uniti issa hemm 3.4 miljun persuna infettati u f’dan il-pajjiż mietu 137,419 persuna. 

Ekonomija

Sport