Tuesday, April 30, 2024

Il-Eurosport BSJ 5k Road Running Series jirritornaw fl-Imtarfa

Aqra wkoll

Il-Eurosport BSJ 5k Road Running Series ta merħba lill-korsa tal-Imtarfa, meta nhar it-Tlieta bdiet l-ewwel tiġrija tal-istaġun 2022.

Ir-ritorn antiċipat ta’ din it-tellieqa off-season ġibed uħud mill-aqwa ismijiet fl-atletika b’Charlton Debono u Tara Abdilla jmexxu l-kategoriji rispettivi tagħhom.

Debono, li rebaħ din it-tellieqa diversi drabi u li għandu r-rekord attwali tal-korsa, kellu bidu b’saħħtu b’distakk żgħin quddiem kontendenti oħra tat-tellieqa. Id-Distakk naqas fit-tieni dawra tal-korsa meta Debono kellu lil Alexander Vizzini, James Sciriha, Matthew Xuereb, Mario Grech u George Vella kollha jiġġieldu għal post aħjar lejn il-quddiem. L-ewwel tliet atleti li spiċċaw it-tellieqa kienu Debono, Vizzini u Scirha li spiċċaw prattikament flimkien. Sekonda sseparat lil Debono u Vizzini, bi Sciriha jaqsam il-linja għaxar sekondi wara. Il-prestazzjoni ta’ dan tal-aħħar kienet notevoli, wara li tela’ lejn quddiem biex jikseb l-ewwel podju tiegħu fis-Serje tal-Imtarfa.

Tara Abdilla, rebbieħa ta’ diversi edizzjonijiet preċedenti tas-Serje kellha sfida serja minn Rachel Borg. Abdilla u Borg ġrew għonq ma’ għonq għal parti tajba mit-tellieqa, madankollu Abdilla żiedet il-pass lejn it-tmiem, u b’ tlettax-il sekonda  distakk quddiem Borg ħarġet rebbieħa. Marija Cumbo temmet il-podju tan-nisa fit-tielet post.

Il-president tal-Birkirara St. Joseph Sports Club ippreżenta medalji lir-rebbieħa fi tmiem it-tellieqa.

Il-Club jesprimi l-gratitudni tiegħu lill-Eurosport Malta, Transport Malta u l-Kunsill Lokali tal-Imtarfa għall-appoġġ tagħhom. Il-Eurosport BSJ 5k Road Running Series tittella’ taħt l-awspiċji ta’ Athletics Malta

It-tieni tellieqa tas-serje tirritorna nhar it-Tlieta 12 ta’ Lulju. Ir-reġistrazzjoni tista’ ssir online – https://bsj.mt/event/2022-bsj-running-series-race-2/

Sport