Saturday, December 21, 2024

Il-Eurovision huwa ta’ interess kbir fost il-poplu Malti

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Skont studju maħruġ minn Google, irriżulta li Malta tinsab it-tieni fost l-iktar pajjiżi fl-Ewropa li għandhom għal qalbhom il-Eurovision Song Contest. Fl-ewwel post hemm l-Iżlanda, filwaqt li fit-tielet post hemm Spanja. Hemm ukoll il-Greċja, l-Iżvezja, l-Estonja, l-Armenja u n-Norveġja fost l-oħrajn.

Dan l-istudji wera li fl-2022, l-iktar li fittxew fuq il-Eurovision kienu minn San Lawrenz, mill-Mosta, mix-Xewkija, minn Ħal Għaxaq u miż-Żejtun. L-istess studju wera li l-iktar snin li l-poplu Malti fittex dwar il-Eurovision kienu; l-2006, l-2007, l-2008, l-2013, l-2014, l-2016 u l-2021. 

Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Jannar se tittella’ t-tieni kwarti tal-finali tal-Malta Eurovision Song Contest 2023. Ir-rebbieħ/a ta’ din is-sena, se jkun qiegħed jirrappreżenta lil pajjiżna f’Mejju li ġej fil-Eurovision Contest li se jsir Liverpool.

Fil-kwarti finali tal-Ġimgħa, se jieħdu sehem 13-il parteċipant li huma dawn:

Francesca Sciberras bil-kanzunetta MASQUERADE
The Busker bil-kanzunetta DANCE
LYNDSAY bil-kanzunetta HAUNTED
Maxine bil-kanzunetta ALONE
Marie Claire bil-kanzunetta THANKFUL
Janvil bil-kanzunetta ONE MY OWN
Kirstie bil-kanzunetta GIRLS GET DOWN
Dario bil-kanzunetta BRIDLE ROAD
Brooke bil-kanzunetta CHECKMATE
Mark Anthony bil-kanzunetta TEARS
Dan bil-kanzunetta IT’LL BE OK
Dario bil-kanzunetta PAWN IN A GAME
Matt Black bil-kanzunetta UP

Ekonomija

Sport