Thursday, October 17, 2024

Il-FAM b’inkjesta interna dwar allegat party fil-barracks ta’ Ħal Far… imkeċċi suldat li rrifjuta milli jagħmel it-test

Aqra wkoll

Il-Forzi Armati ta’ Malta qalet fi stqarrija li b’referenza għall-allegazzjoni li sar party fil-barracks f’Ħal Far, it-tmexxija tal-Forzi Armati ta’ Malta ħadet azzjoni immedjata, anke billi ħatret inkjesta interna minnufih biex jiġu vverifikati l-allegazzjonijiet u l-fatti.


Apparti minn hekk, qalet li s-suldati li kienu xogħol dakinhar intalbu jagħmlu test tal-awrina biex jiġi stabbilit għamlux użu minn sustanzi illegali. Spjegat li s-suldati kollha aċċettaw, bl-eċċezzjoni ta’ wieħed. 

Il-FAM qalet li r-riżultati ta’ min għamel it-test kollha ħarġu negattivi, filwaqt li l-persuna li rrifjuta tkeċċa immedjatament fl-interess tas-servizz. Spjegat li dan sar skont il-politika interna li tħaddan l-Armata, jiġifieri ta’ zero tolleranza fejn jidħol użu ta’ sustanzi illegali.


Il-Forzi Armati ta’ Malta ttenni li qiegħda tistenna l-konklużjonijiet tal-inkjesta interna, u sussegwentament timxi u tieħu passi skont l-istess konklużjonijiet.

Sport