Sunday, December 22, 2024

Il-familja Parnis tħeġġeġ sabiex għall-funeral ta’ Silvio jintlibsu kuluri iktar vivaċi

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Lejliet il-funeral tal-Eks Deputat Laburista u Eks Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, il-familja tiegħu għamlet appell sabiex dawk kollha li ser jattendu l-funeral ta’ Silvio ma jilbsux il-kulur iswed.

“Silvio ma tantx kien jogħġbu l-kulur iswed waqt il-funerali. Kien iħobb isejħilhom, kif bosta jafu, ‘ħafna teatrini u ċerimonji żejda'”, qalet il-familja Parnis.

Għaldaqstant, il-familja Parnis issuġġeriet il-kulur abjad, griż u blu skur bħala wħud mill-kuluri li wieħed jista’ jikkunsidra minflok l-iswed.

Silvio għadda għall-ħajja ta’ dejjem jumejn ilu, fit-3 ta’ Jannar, wara li tilef il-battalja tiegħu kontra l-marda kiefra tal-kanċer. Huwa se jkun qed jingħata l-aħħar tislima għada, il-Ġimgħa, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, f’Raħal Ġdid fit-8.30 a.m.

Ekonomija

Sport