Friday, May 3, 2024

Il-bandli tal-Imdina jingħata dehra ġdida

Aqra wkoll

Il-bandli tal-Imdina ngħata dehra ġdida u issa qed jitgawda mill-ġdid mill-ħafna tfal li jżuru l-kapitali l-qadima tagħna.

Il-proġett ta’ rrinovar li kien immexxi mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi kien jikkonsisti fl-installazzjoni ta’ bandli ġodda u aktar siguri għat-tfal flimkien ma’ diversi faċilitajiet innovattivi biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika ta’ din iż-żona.

Id-dehra l-ġdida tal-bandli tal-Imdina

Permezz ta’ kitba fuq Facebook, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi qal li jħares ‘il quddiem għal aktar proġetti bħal dawn biex ikomplu jinħolqu aktar spazji miftuħa ta’ kwalità għall-komunitajiet tagħna.

Sport