Sunday, May 5, 2024

AĠĠORNAT: Anzjan iweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-9:50 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li sewwieq ta’ mutur Triumph Speedmaster, anzjan ta’ 72 sena residenti l-Mellieħa, ħabat ma’ karozza tal-għamla BMW misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti f’Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport