Dan il-Festival ta’ 10 ijiem, li hu sinonimu mas-sajf Malti u stabbilit sew fil-kalendarju tal-avvenimenti lokali, se jinkludi għażla sabiħa ta’ birer lokali tal-Birrerija Farsons u birer oħra internazzjonali importati. Il-Festival se jkollu żewġ palki bl-aqwa artisti u gruppi mużikali Maltin, post għaż-żfin b’DJs lokali magħrufa, u distrett Aperitivo għal dawk li jħobbu l-mużika Latina, soul, funk, R&B u Afrobeat.
Dawk li se jattendu mistiedna jgawdu l-atmosfera tal-Festival mimlija enerġija b’mużiċisti, artisti u gruppi mużikali rinomati filwaqt li jagħżlu minn fost aktar minn 30 birra u cider rebbieħa, lokali u importati, li jinkludu wkoll għażliet bla glutina.
Il-programm fuq il-Main Stage jinkludi lil Aidan, li x-xahar li għadda kellu kunċert spettakolari, il-kantanta tal-Eurovision Miriana Conte, u l-gruppi mużikali mfittxija The Travellers, Red Electric u Tribali, flimkien ma’ oħrajn. Din is-sena l-Festival se jilqa’ wkoll żewġ tribute bands internazzjonali, ABBA Revival u Bon Giovi, li se jdoqqu wkoll fuq il-Palk Prinċipali.
Fuq ir-Rock Stage mistennija jkun hemm gruppi veterani bħal RUG, Fakawi, BNI, Beangrowers u oħrajn, kif ukoll talent ġdid fix-xena rock Maltija.
Fil-Casa Electronica, li hi attrazzjoni fiha nnifisha, se jkun hemm DJs popolari bħal Junior B, Carlo Gerada, Ruby, DeezTwo, Debrii, Miss Roberta, u oħrajn.
Għall-ewwel darba, il-Festival se joffri menù estiż ta’ xorb, b’żidiet bħal Aperol u Campari fl-Apertivo District, flimkien ma’ Kinnie Spritz u l-Aperitivo l-ġdid Kinnie Rumba, Jagermeister fil-Casa Electronica, u Jameson Whisky fl-Irish Corner.
The District Aperitivo, li qabel kien magħruf Pjazza Kinnie, jerġa’ lura b’ambjent rilassat u mużika tajba ta’ artisti u gruppi lokali bħal Mr Oasis & Samira, Grupo Jogando Samba, The Groovers, u ħafna oħrajn.
Biex nissodisfaw il-preferenzi lokali se jkun hemm ukoll il-Craft Beer Area b’għażla ta’ birer artiġjanali minn birreriji bħal Red Mill Brewing Co, Birreria Baladin, Bellfield Brewery, St Austell Brewery, Huskie Craft Beer Company u Lord Chambray Brewery.
Steve Borg, Business Support Manager – Events & Sponsorships f’Simonds Farsons Cisk plc, qal li: “Il-bands u l-artisti lokali huma l-qalba tal-Festival u, bħalma nagħmlu kull sena, ħejjejna programm estensiv b’talent Malti stabbilit kif ukoll ġdid. Din is-sena qed ninkludu wkoll żewġ tribute bands internazzjonali – ABBA Revival u Bon Giovi – li żgur se jħallu impressjoni tajba fuq il-viżitaturi tagħna.
Steve Borg, Business Support Manager – Events & Sponsorships f’Simonds Farsons Cisk plc, qal li: “Il-bands u l-artisti lokali huma l-qalba tal-Festival u, bħalma nagħmlu kull sena, ħejjejna programm estensiv b’talent Malti stabbilit kif ukoll ġdid. Din is-sena qed ninkludu wkoll żewġ tribute bands internazzjonali – ABBA Revival u Bon Giovi – li żgur se jħallu impressjoni tajba fuq il-viżitaturi tagħna.
Barra minn hekk, biex inkomplu nsaħħu u nespandu l-Festival, din is-sena qed nintroduċu għażliet oħra ta’ xorb f’żoni speċifiċi tal-Festival.”
Se jkun hemm iż-Żona għat-Tfal biex iż-żgħar jieħdu gost ukoll, u l-food court popolari biex ħadd ma jibqa’ bil-ġuħ.
Il-mug uffiċjali tal-Festival, li sar parti mill-kollezzjoni ta’ ħafna dilettanti, se jkun għall-bejgħ esklużivament mill-bars sakemm tispiċċa l-konsenja, flimkien ma’ tazzi bil-logo tal-Festival li jistgħu jintużaw aktar minn darba biex innaqqsu l-iskart tal-plastik.
Qed jirritorna wkoll is-Suq tal-Artiġjanat bi prodotti magħmula bl-idejn, oġġetti uniċi, u kurżitajiet artiġjanali.
Il-Farsons Beer Festival hu sostnut minn EPIC, u appoġġjat minn VisitMalta, Mapfre, Peperami, Playcon, Algida, Magic, The Brewhouse, Transport Malta u Bolt.
Il-bars jiftħu kull filgħaxija fit-8pm, id-dħul b’xejn, u m’hemmx bżonn biljetti. Il-programm sħiħ bil-ħinijiet issibu fis-sit www.farsonsbeerfestival.com. Segwina mill-paġni soċjali tagħna għall-aġġornamenti u aħbarijiet ġodda.