Tuesday, May 20, 2025

Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball Tħejji Għall-Finali Intensivi

Aqra wkoll


Hekk kif l-istaġun tal-Malta Blackball Federation wasal f’fażi eċitanti, l-attenzjoni kollha ddur lejn il-finali tal-Cisk Premier League, Challenge League, u Regional League fejn l-aqwa timijiet minn kull diviżjoni għandhom l-objettiv li jaslu għall-post prestiġġjuż fil-finali

Is-semi-finali tal-Premier League se tkun waħda ferm interessanti fejn Cospicua Rangers A se jaffaċċjaw lil Ħamrun 147 B f’logħba ta’ 40 frames li se ssir nhar l-Erbgħa 28 ta’ Mejju u l-Ġimgħa 30 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa eventwalment jiltaqgħu ma’ Ħamrun 147 A, li kisbu post dirett fil-finalita; nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju.

Fiċ-Challenge League, Ħamrun 147 C se jiltaqgħu ma’ Selmun Sports Club A fis-semi-finali tagħhom fuq żewġ legs iġifieri fit-28 u 30 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa se jiltaqgħu kontra JoJo’s Birżebbuġa, li diġà ġew ikkonfermati għall-finali nhar il-Ħamis 5 ta’ Ġunju.
Il-Regional League ukoll qed toffri aktar intensità bi playoff preliminari bejn Qormi Pinto u Cospicua Rangers B fil-21 u 23 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa eventwalment jilagħbu fis-semi-finali kontra San Ġwann Tiki Taka A fis-28 u 30 ta’ Mejju. It-tim li jgħaddi minn din il-logħba se jiltaqa’ ma’ Qormi Anici Boys fil-finali l-kbira nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ġunju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport