Friday, July 17, 2026
Home Internazzjonali 14-il elf tarbija jistgħu jmutu f’Gaża fl-48 siegħa li ġejjin

14-il elf tarbija jistgħu jmutu f’Gaża fl-48 siegħa li ġejjin

0
74

Tom Fletcher, il-Kap tal-Għajnuna Umanitarja tan-Nazzjonijiet Uniti qal li fl-48 siegħa li ġejjin fil-Medda ta’ Gaża jistgħu jmutu 14-il elf tarbija.

Wara 11-il ġimgħa, Iżrael ħalla xi ikel u għajnuna oħra tidħol Gaża, iżda Fletcher qal li kienu biss ħames trakkijiet li tħallew jidħlu u s’issa għadhom ma laħqux il-postijiet l-aktar milqutin.

Iżrael matul il-lejl li għadda wettaq aktar attakki fuq Gaża fejn mill-inqas inqatlu 38 Palestinjan ieħor.