Xahar mill-mewt ta’ Paulina Dembska u sentejn mill-mewt ta’ Chantelle Chetcuti, ġie ppreżentat abbozz ta’ liġi li jikkumbatti l-femiċidju.
L-Avukat Lara Dimitrijevic laqgħet l-abbozz ppreżentat u ddeskrivietu bħala abbozz storiku li mhux biss jirrikonoxxi l-problema, iżda jwassal messaġġ ċar li pajjiżna qiegħed jirrikonoxxi r-realtà. Dimitrijevic qalet li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija pandemija b’għeruq fondi li tista’ tiġi solvuta u għalhekk saħqet dwar il-bżonn tal-impenn politiku biex inwasslu messaġġ ċar li n-nisa jistħoqqilhom ħajja mingħajr biża’ ta vjolenza domestika.