Saturday, November 23, 2024

Il-fergħa tal-BOV tal-Gżira terġa’ tiftaħ minn għada

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti li l-fergħa tal-Gżira ser terġa’ tinfetaħ minn għada s-Sibt 22 ta’ Awwissu 2020.

Il-fergħa tal-Gżira kienet temporanjament magħluqa wara li wieħed mill-impjegati irriżulta pożittiv għal COVID-19. Il-bqija tal-impjegati tal-fergħa qegħdin isegwu l-istruzzjonijiet tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Il-Bank ingaġġa speċjalista fil-kontroll tal-prevenzjoni ta’ infezzjonijiet sabiex jiddiżinfetta l-fergħa. Il-proċess issa tlesta u ġie aċċertat li l-fergħa hija sikura sabiex terġa’ tinfetaħ mill-ġdid. Il-Bank għamel ukoll arranġamenti biex impjegati minn oqsma oħra tal-Bank of Valletta ikunu jistgħu jaqdu lill-klijenti ta’ din il-fergħa.

Sadanittant, l-Awtorità tas-Saħħa se tikkuntattja lil dawk l-individwi li setgħu kienu esposti għall-kontaġju bħala parti mill-protokoll tal-contract tracing.

Il-Bank of Valletta se jkompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa fl-aħjar interess u sigurtà tal-klijenti u tal-istaff tiegħu. Il-klijenti huma mħeġġa biex jużaw l-ATMs, BOV Internet Banking, BOV Mobile Banking, BOV Pay u BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji tagħhom u pagamenti. Barra minn hekk, il-klijenti li jżuru l-Bank għandhom dejjem isegwu l-prekawzjonijiet neċessarji bħad-distanza soċjali, jilbsu l-maskri kif suppost u jużaw sanitiser.

Sport