Saturday, December 21, 2024

Il-Fergħa tal-BOV tal-Ħamrun terġa’ tiftaħ u filwaqt li tingħalaq il-Fergħa tal-Gżira

Aqra wkoll

Il-fergħa tal-Ħamrun tal-BOV reġgħet infetħet wara li ġiet diżinfettata wara li wieħed mill-impjegati kien irriżulta pożittiv għall-Covid-19. Kien il-Bank fi stqarrija li qal dan filwaqt li qal ukoll li mill-banda l-oħra se tkun qed tingħalaq b’mod temporanju il-fergħa tal-Gżira wara li terza persuna ħarġet pożittiva għall-virus.

Il-Bank żied jgħid li l-fergħa tal-Ħamrun għalissa se tkun qed toffri biss servizzi relatati mal-kaxxier u assistenza oħra lill-klijenti.

Fir-rigward tal-fergħa tal-Gżira, il-BOV tenna li ċ-ċekkijiet iddepożitati nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ottubru permezz tac-Cheque Deposit Box se jiġu pproċessati wara d-19 ta’ Ottubru. Fl-istess waqt il-fergħa se tiġi diżinfettata skont il-linji gwida tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u terġa’ tinfetaħ meta jkun aċċertat li hija sigura għall-klijenti u l-impjegati tal-Bank. 

Il-Bank temm jgħid li f’każ li jkun hemm xi individwi li setgħu ġew esposti għall-kontaġju, dawn se jiġu infurmati mill-Awtorità tas-Saħħa bħala parti mill-protokoll tal-contact tracing.

Ekonomija

Sport