Saturday, December 21, 2024

“Il-ferroviji ma bdewx jiftħu l-bibien… jaqbdek disprament”

Aqra wkoll

“Fil-bidu tal-invażjoni, is-sitwazzjoni f’Kyiv kienet kalma. Biss akta ma bea jgħaddi ħin aktar bdejna nisimgħu is-sireni u aktar bdejna nisimgħu b’attakki fuq żoni militari fi bliet qrib Kyiv.

Aktar ma għaddew jien aktar it-tfal kienu qed juru l-biża’ tagħhom. Iddeċidejt li nevakwa u nitlaq minn pajjiżi. Fil-bidu ta’ Marzu, irnexxieli nixtri biljetti tal-ferrovija għal Lviv. Morna l-istazzjon tal-ferrovija sagħtejn qabel. Għamilna dan għax il-vjaġġ kien filgħaxija u ridna li nkunu hemm qabel jibda l-curfew. Konna imwissjin li jista’ jkun li meta tasal il-ferrovija din ma tiftaħx il-bibien.

Din kienet diġa` seħħet fit-tlett ijiem ta’ qabel. Ittamajna peress li kellna l-biljetti. Il-ferrovija waslet imma il-bibien ma infetħux. Dak il-ħin qabadni disprament. Ġara li ġejna infurmati li kien se jkun hemm żewġ ferroviji biex jevakwaw lin-nies.

Ġiet ferrovija oħra xi siegħa wara, iżda anki din ma fetħitx il-bibien. It-tfal riedu jorqdu. Riedu jmorru lura lejn id-dar. Jien għedtilhom nieħdu ċans ieħor u nistennew ferrovija oħra. Għat-tielet darba ġiet ferrovija oħra. Waqfet imma anke din id-darba il-bibien ma infetħux. Kien hawn li diversi suldati bdew iħabbtu fuq il-bibien u jagħjtu biex jinfetħu l-bibien biex jiġu evakwati in-nisa u tfal. Il-bibien infetħu. Dħalt f’ferrovija ippakkjata. Kellna noqogħdu bilwieqfa. Kien hemm koppja li ħadet it-tifel iż-żgħir ħdejhom biex ikun jista’ jorqod. Il-vjaġġ għajjiena ħafna”, tgħid Tanya.

Ekonomija

Sport