Wednesday, July 24, 2024

Il-festa ta’ Ġesù Redentur tal-Isla se ssir fis-7 ta’ Ġunju

Aqra wkoll

Il-Festa ta’ Ġesù Redentur meqjum ġewwa l-Bażilika tal-Isla din is-sena se ssir fis-7 ta’ Ġunju fis-6 p.m. Il-feta se tibda b’quddiesa ċċelebrata minn Mons. Carmelo Refalo bis-sehem tal-Kapitlu tal-Isla u wara ssir purċissjoni bl-istatwa mirakoluża ta’ Ġesù Redentur.

Din is-sena l-festa qed titmexxa l-quddiem minħabba l-elezzjonijiet f’pajjiżna. Din il-purċissjoni hi organizzata mill-Fratellanza tas-Santissimu Kurċifiss bis-sehem tal-Ordni Ewkestru tas-Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm li jieħu sehem permezz tal-Kavallieri, Dami u Ekklesjastiċi.

Storikament din il-Festa tmur lura għal bidu tas-Seklu Dsatax meta n-nies tal-Isla għamlu wegħda li jekk ma’ tidħolx il-pesta ġewwa l-Belt tagħhom jibdew jagħmlu 3 purċissjonijiet fosthom bix-xbieha mirakoluża ta’ Ġesù Redentur. Il-Poplu Senglean baqa jżomm din it-tradizzjoni u ta’ kull sena ssir din il-Festa ad unur Ġesù Redentur.

L-istatwa ta’ Ġesù Redentur ta’ kull sena tiġbed lejha folol kbar ta’ nies li jinġabru ġewwa l-Bażilika tal-Belt Senglea sabiex jimxu b’tant devozzjoni wara din ix-xbieha mirakoluża, xiehda ta’ devozzjoni u ta’ talb.

Ix-Xbieha mirakoluża toħroġ fit-toroq tal-Belt Senglea tlett darbiet fis-sena – f’Marzu waqt il-pellegrinaġġ Nazzjonali Djoċesan, fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u f’Ġunju fil-Festa iddedikata għalih.

Ħafna komunitajiet jagħmlu pellegrinaġġi ta’ talb sabiex jitolbu quddiem din ix-xbieha u kull nhar ta’ Ġimgħa fl-10 ta’ filgħodu ssir quddiesa għal pellegrini.

Ekonomija

Sport