Wednesday, July 24, 2024

Il-Malta Blackball Federation torganizza tournament b’riżq Puttinu Cares

Aqra wkoll

Il-Malta Blackball Federation organizzat tournament speċjali fl-Anici Band Club li l-qligħ kollu tiegħu mar għall-Fundazzjoni Puttinu Cares. Il-ġbir ilu jsir xahar fejn il-klabbs tal-federazzjoni waqt il-logħob tal-leagues għamlu l-ġabriet rispettivi tagħhom, fejn flimkien magħhom u d-dħul mit-tournament li sar inġabret somma globali ta €1350

Sadanittant fil-finali li ntlagħbet, Johan Attard frisk mis-suċċess li kellu fl-IPA Tournament f’Coventry, għeleb lil Clayton Attard 3-1.

Fi stqarrija, il-federazzjoni sostniet li din kienet inizjattiva li kienet ilha tixtieq tagħmel għal diversi snin u fl-aħħar saret realta’. Fl-istess waqt, din l-attivita’ se tiġi mniżżla fil-kalendarju annwali tal-federazzjoni sabiex tkompli tgħin lill-fundazzjoni Puttinu Cares.

Ekonomija

Sport