Saturday, December 28, 2024

Il-Festa taċ-Ċitru se ssir f’format adattat għaċ-ċirkustanzi attwali

Aqra wkoll

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella żaru lill-ħaddiema tal-Palazz ta’ Sant’Anton  waqt il-qtugħ tal-frott taċ-ċitru mill-masġar taċ-ċitru tal-Palazz, bi tħejjija għall-Festa taċ-Ċitru 2021.  Din is-sena, dan l-avveniment annwali se jsir f’format differenti minn tas-soltu sabiex ikun konformi  mal-linji gwida maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa kaġun tal-imxija tal-COVID-19. Minflok minn  fiera, il-prodotti se jinbiegħu minn The President’s Kitchen Garden, Ħ’Attard, minn nhar is-Sibt, it-2 ta’ Jannar 2021 sa ma jispiċċaw il-ħażniet. 

Għall-bejgħ se jkun hemm larinġ, lumi, mandolin u grapefruit maqtugħin friski, kif ukoll diversi  ħlewwiet taċ-ċitru. Id-dħul kollu minn din l-inizjattiva annwali se jmur b’risq The Malta Community  Chest Fund Foundation. 

Is-Sa Miriam Vella, mart il-President, qalet li kienet tkun ħasra kieku l-abbundanza ta’ frott taċ-ċitru  li hemm fil-masġar tal-Palazz ta’ Sant’Anton tħalliet tinħela minħabba l-pandemija. Għaldaqstant,  instabet sistema alternattiva kif il-pubbliku xorta waħda jkun jista’ jgawdi l-benna taċ-ċitru Malti, filwaqt li fl-istess ħin jgħin lil min hu fil-bżonn. 

Waqt iż-żjara, il-President u s-Sa Vella kienu akkumpanjati, fost l-oħrajn, miċ-Chairperson tal-Bord  Amministrattiv ta’ The Malta Community Chest Fund Marlene Mizzi.

Ekonomija

Sport