Wednesday, July 24, 2024

Raġel Ungeriż arrestat b’mandat ta’ arrest Ewropew

Aqra wkoll

Il-pulizija mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Internazzjonali, dalgħodu arrestaw raġel Unġeriż ta’ 60 sena, li kien imfittex mill-Awtoritajiet Ungeriżi sabiex jiskonta sentenza ta’ erba’ snin priġunerija b’rabta ma’ serq aggravat. 

Ir-raġel kien ħarab lill-awtoritajiet Ungeriżi qabel ma beda jiskonta s-sentenza u sar magħruf li kien ivvjaġġa lejn Malta. 

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija Maltija permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew maħruġ mill-Awtoritajiet Ungeriżi arrestat lir-raġel fl-inħawi tal-Imsida. 

Hu mistenni li jitressaq il-Qorti għada biex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni. 

Ekonomija

Sport