Wednesday, July 24, 2024

IL-FESTI NAZZJONALI F’PAJJIŻNA

Aqra wkoll

Illum, bħal kull sena, pajjiżna jiċċelebra s-7 ta’ Ġunju bħala festa nazzjonali li għandha sinjifikat importanti fl-istorja tal-poplu Malti. Dan il-jum ifakkar waħda mill-akbar ġrajjiet tal-gżejjer Maltin, li fiha wkoll erba’ Maltin – Wenzu Dyer,
Ġużeppi Bajada, Manwel Attard, u Karmenu Abela – inqatlu minn commandos Ingliżi fil-ġlieda talpoplu Malti għall-għejxin u l-ħelsien.

Dakinhar tal-irvellijiet tasSette Giugno, Maltin minn kull qasam tas-soċjetà telgħu l-Belt sabiex jipprotestaw kontra ż-żieda qawwija fil-prezz tal-ħobż li kienet se tkompli tkattar il-faqar u titfa aktar familji fi tbatija u deprevazzjoni.

U dan kien fi żmien ta’ instabilita politika u ekonomika f’pajjiżna. Dak il-jum tal-1919 iżda, minkejja li konna kolonja Ingliża, bħal donnu reġa’ qanqal il-ħeġġa fil-Maltin u ma jibzgħux jissieltu għad-drittijiet tagħhom.

Jissieltu għal għajxien aħjar. Dakinhar iżda ma kinitx l-ewwel darba li l-Maltin irvellaw kontra l-ħakma barranija. Hekk kienu għamlu wkoll meta qamu kontra lFranċiżi ta’ Napuljun lejn l-aħħar tas-Seklu 18.

L-importanza u s-sinifikat talġrajja tas-7 ta’ Ġunju huma riflessi fil-fatt li dan il-jum huwa wieħed mill-ħames festi nazzjonali li niċċelebraw f’pajjiżna. B’ħames fest nazzjonali, pajjiżna huwa wieħed mill-ftit nazzjonijiet fid-dinja li għandhom aktar minn festa nazzjonali waħda.

Dan is-suġġett, bla dubju, iqanqal dibattitu kbir dwar jekk pajjiżna għandux ikollu biss jum nazzjonali wieħed li verament jissimbolizza l-għaqda fost il-Maltin. M’aħniex u ma rridux nidħlu filmertu ta’ liema mill-ħamsa għandha tkun il-jum nazzjonali tagħna għaliex il-ħames festi għandhom il-glorja tagħhom fl-istorja rikka ta’ pajjiżna fil-mixja politika u kostituzzjonali ta’ ġensna.

Pajjiżna, polarizzat kif inhu, huwa diffiċli li jasal għal fehma ta’ liema mill-ħamsa għandu jkun il-jum nazzjonali wieħed. Dan jirrikjedi dibattitu serju u profond bejn is-setturi kollha tas-soċjetà Maltija jekk verament irridu li jkun hemm kunsens dwar l-għażla tal-jum nazzjonali.

Tkun xi tkun id-deċiżjoni, din għandha tibqa’ f’idejn il-poplu Malti u Għawdxi u ’l bogħod minn kull partiggjaniżmu li ma jagħmilx sens. Fil-fehma tagħna, l-għażla ta’ jum nazzjonali wieħed ma jfissirx li b’xi mod se jitnaqqas is-sinjifikat storiku tal-erba’ jiem nazzjonali loħra.

Anzi dawn għandu jibqa’ jkollhom l-importanza li dejjem kellhom. Kull festa nazzjonali li niċċelebraw għandha b’xi mod rabta maliżvilupp politiku, soċjali u kulturali ta’ pajjiżna.

Għalhekk, dan ipoġġi responsabbiltà kbira fuq il-poplu jekk u meta jista’ jiġi msejjaħ biex jagħżel liema jum nazzjonali jrid. Nifhmu li l-għażla hija waħda diffiċli. Madankollu, jum is-7 ta’ Ġunju, is-Sette Giugno, għandu jibqa’ jiġi
ċċelebrat f’għożża u r-rispett. Aktar u aktar għaliex dan il-jum kien l-akbar pass li wassal biex Malta, fl1921, ikollha l-ewwel gvern biex tmexxi lilha nnifisha anki jekk b’diversi restrizzjonijiet imposti fuqha.

Ekonomija

Sport