Wednesday, July 24, 2024

Ħajja ġdida għal Villa San Inazju f’San Ġiljan

Il-Proprjetà ser tiġi restawrata u binjiet reċenti li saru ser jiġu mneħħija

Aqra wkoll

Il-propjeta’ storika ta’ Villa Sant’Injazju f’San Ġiljan se tiġi restawrata u ħa tingħata ħajja ġdida bħala lukanda wara li ingħata permess għal żvilupp mill-Bord tal-Ippjanar.

Il-proġett approvat hu li tiġi restawrata u riabilitata l-Villa storika filwaqt li l-bini jiġi adattat għal użu aktar modern u kompatibbli. Ix-xogħlijiet jinkludu r-restawr tal-istrutturi storiċi eżistenti, reinstallar tat-taraġ ta’ barra, karatteristiċi tal-ġebel u l-parti tal-faċċata tal-villa fi Triq Scicluna, it-twaqqigħ ta’ binjiet riċenti, tħaffir u tliet sulari rritirati fuq il-villa.

Il-Bord innota li dan il-proġett juri kif l-integrazzjoni ta’ użi u attivitajiet ġodda fi ħdan il-bini storiku eżistenti jista’ jservi bħala katalist għar-riabilitazzjoni u r-riġenerazzjoni tagħhom.

Il-lukanda l-ġdida ta’ 4 stilel se takkomoda 53 kamra u 11-il suite. Ristorant tal-lukanda u żona tal-kolazzjon/bar se jkunu miżmuma fil-parti ta’ quddiem tal-villa flimkien ma’ żona ta’ catering fuq barra fil-ġnien ta’ quddiem tal-villa. Se jsir xi bini addizjonali biex jikkumplimenta mal-użu ta’l-iżvilupp propost.

Dawn se jintużaw bħala sala multipurpose, żona ta’ esibizzjoni, u kmamar u suites ta’ lukanda. Il-proġett jinkludi wkoll xogħlijiet ta’ tisbiħ u pavimentar fil-ġnien ta’ quddiem, passaġġ pavimentat tul il-villa u roof gardens u żoni ta’ servizz fid-diversi livelli tas-saqaf.

Is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali qablet mal-proġett propost.

Ekonomija

Sport