Wednesday, July 24, 2024

Il-pedamenti tar-rewwixta…..fis-Sette Giugno

Aqra wkoll

Fost id-diversi festi li jiċċelebra l-poplu Malti, s-Sette Giugno hi kkunsidrata bħala waħda mill-inqas magħrufa jew apprezzata. Din il-ġurnata tfakkar il-ħidma ta’ missirijietna biex Malta jkollha dak li jistħoqqilha u mhux biss titlob għal rappreżentanza bħas snin ta’ qabel iżda jkollha parti mit-tmexxija ta’ pajjiżha, dik li tant kienet għal qalbhom.

Minkejja li huma kienu leali għall-Ingliżi, xorta waħda ħassew li Malta ma kelliex isservi biss bħala bażi militara/navali. Madwar 20 sena qabel ir-rewwixti bdew, Sigismondo Savona, raġel importanti ħafna fil-kwistjoni tal-lingwa, f’diskors stqarr li, “il-poplu ta’ dawn il-gżejjer, huma is-suġġetti ħielsa u leali, imma mhux il-vassali, tal-Maestà tagħha r-Reġina”. Din kienet prova ċara li tindika li t-tmexxija tal-gżejjer Maltin min dejjem kienet kwistjoni fuq moħħ il-Maltin.

GWERER FL-EWROPA


Flimkien mal-kwistjoni tat-tmexxija, Malta kienet fi kriżi ekonomika. Żewġ kwistjonijiet li jimxu id f’id, hekk kif Malta kienet parteċipanta diretta fl-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-1918) peress li kienet parti mill-Imperu Ingliż. L-Ewropa kollha kienet affetwata mill-“Gwerra l-Kbira”, kien hemm tfixkil kbir fl-agrikultura u l-industrija kollha madwar il-kontent.

Il-Gvern Kolonjali ta’ Malta, naqas milli jipprovdi provvista adegwata ta’ dispożizzjonijet bażiċi tal-ikel għall-gżejjer. L-għoli tal-ħajja żdied b’mod sostanzjali. L-importazzjonijiet, fosthom tal-qamħ kienu limitati li dan wassal għaż-żieda fil-prezzijiet. Il-Maltin ma kinux kuntenti bis-sitwazzjoni, wisq iktar hekk kif bdew jaraw li l-bdiewa u n-negozjanti kienu qed jagħmlu ħafna qligħ.
F’dak il-perjodu (1915- 1917) kien hemm ukoll il-gwerrer ta’ Gallipoli u s-Salonika.

Hekk kif it-Turkija ngħaqdet mal-Ġermanja u l-Awstrija, ir-Renju Unit bdiet il-gwerra tagħha fl-lvant tal-Mediterran. It-Tarzna ta’ Malta kienet għaddejja b’tiswijiet kontinwa tal-flotta Ingliża.

Il-Maltin servew ukoll fl-isptarijiet tal-gżejjer kif ukoll fuq il-vapuri stess, tant li kienu laqmugħa bħala l-infermiera tal-Mediterran. 913-il infermiera taw l-għajnuna tagħhom lil 136,121-il suldat f’dawn iż-żewġ gwerrer, b’medja ta’ 2,000-il suldat kull ġimgħa minn Gallipoli biss. L-iktar għadd ta’ pazjenti li għenu f’ġurnata kien ta’ 20,994.

IS-SEGWAĊI TA’ MANWEL DIMECH JIBDEW JINSTIGAW

Il-ħaddiema tat-tarzna u tal-Gvern kienu qegħdin iħossuhom mgħakksin iktar min qatt qabel, minkejja li kien hemm żieda ta’ 10 fil-mija fil-pagi tagħhom. Manwel Dimech li kien attivist, kittieb u politikant qabel ma ġie arrestat u aktar tard eżiljat fl-Eġittu ħadem biex ixerred ideat soċ- jalisti, ideat li bdew jatrattaw il-ħaddiema taż-żona tal-port.

L-ideoloġija tiegħu kienet ibbażata fuq id-drittijiet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni tal-ħaddiema u l-ġlieda bejn il-proletarjat u l-kontroll kapitalista tas-sidien tal-art. Hu fforma skola għal dawn l-istess ħaddiema biex jitgħallmu kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Fl-1911 huwa fforma unjin ta’ ħaddiema msejħa “ix-Xirka tal-Imdawlin”. Is-segwaċi ta’ Mawel Dimech instigaw lill-ħaddiema tat-tarzna. B’hekk fl-1916 u fl-1917 inaqdu biex jipprotestaw dwar l-għoli tal-ħajja.

NERIK MIZZI IQAJJEM L-EWWEL REWWIXTA

Enrico Mizzi magħruf aktar bħala Nerik iben Fortunato Mizzi kien jagħmel parti mill-Partito Anti-Riformista (favur il-lingwa Taljana) u eventwalment kien l-inqas persuna li dam fil-kariga ta’ Prim Ministru (tliet xhur).

Nerik flimkien ma Filippo Sciberras u s-segwaċi tagħhom bdew jiddiskutu dwar il-futur ta’ Malta wara l-gwerra. L-ewwel laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali, li saret fl-25 ta’ Frar 1919, approvat riżoluzzjoni li rriservat id-drittijiet mogħtija lil Malta bħan-nazzjonijiet l-oħra mill-Konferenza ta’ Paċi f’Versailles; dan kien ifisser possibbiltà għal Indipendenza mill-Imperu Ingliż.

Din ir-riżoluzzjoni imressqa mill-estremist Nerik, kienet differenti mir-riżoluzzjoni orġinali magħmula min Filippo, li tal- bet biss għal Gvern responsabbli. L-estremiżmu kien preżenti ukoll fost il-folol fil-25 ta’ Frar, li attakkaw lis-sidien tal-ħwienet fosthom “A la Ville de Londres”, li baqgħu miftuħin waqt il-laqgħa tal-Assemblea.

Il-Pulizija ma kellhomx kontroll tad-dimostrazzjoni u din kienet ta’ vantaġġ għall-estremisti. F’Mejju studenti Universitarji nstigati mill-istess partit ta’ Mizzi pprotestaw ukoll fit-toroq tal-Belt Valletta.

LORD PLUMER

Ftit jiem qabel is-Sette Giugno, is-segretatju tal-Istat għall-kolonji nforma lil Sciberras li l-Gvernatur prospettiv ta’ Malta, Lord Plumer, kien se jkun qiegħed jeżamina s-sitwazzjoni b’reqqa biex jirrapporta lura f’Londra dwar il-possibbiltà li Malta jkollha iktar aċċess għall-amministrazzjoni ta’ pajjiżhom.

L-IRVELL

L-Assemblea kellha tiltaqa’ fil-belt kapitali għal darb’oħra fil-Giovine Malta. Il-Pulizija bassret bil-possibbiltà ta’ rvell ieħor għaliex kienet innutat it-tensjoni tan- nies u għalhekk kienu talbu għal numru ta’ suldati li jitqiegħdu quddiem Kastilja. “Evidentmant il-Pulizijia ma kienux kuntenti bil-gravita tas-sitwazzjoni,” saħqet il- kummissjoni.

Ir-rabja li kellhom il-Maltin għas-sitwazzjoni kurrenti f’pajjiżhom kompliet tiżdied hekk kif lemħu il-bandiera tal-Union Jack tperper fuq il-ħanut “A la Ville de Londres” li diġà kien migdum fl-irvell preċedenti.

Kuntrarju għall-aħħar darba il-ħanut kien magħluq iżda dan ma waqqafx l-Assemblea milli jidħlu u jqattgħu il- bandiera. Dan kien mument simboliku għall-Maltin għaliex turi r-rabja tagħhom għall-Kolonja.

Il-folla bdiet tid- ħol f’binjiet tal- Gvern tqatta bnadar kemm tista’, attakkat l-istamperija ta’ ‘Daily Malta Chronicles’ f’Strada Teatro, l-uffiċċju meteoroloġiku, u daħlet u serqet kemm felħet mid-djar tal- merkanti tal-qamħ.

Fl-istess waqt il-kotra marret fi pjazza li llum magħrufa bħala Pjazza San Ġorġ, u bdew jinsultaw lis-suldati li kienu fuq posthom. L-Assemblea kienet qiegħda tinfirex fi Strada Teatro, Strada Forni kif ukoll Strada Santa Lucia.

Sitt suldati taħt il-kmand ta’ Major Ritchie u l-Kaptan Ferguson, mxew lejn Strada Forni biex jiddefendu d-dar ta’ Anthony Cas- sar Torreggiani, importatur kbir, li kien qiegħed jiġi attakkat u misruq mill-folla.

Sadanittant għaxar suldati mmexxijja mit-Tenent Shields, mxew lejn l-uffiċċju tal-Chronices u bdew jiġu attakkati b’diversi oġġetti u ġebel. L-istess ġara f’Strada Forni. In-nies serqu l-arma ta’ Ferguson u qattaw l-uniformi tiegħu.

It-truppi tas-suldati kienu ordnati li ma setgħux jisparaw fuq il-folla sakemm ma jagħtuhom l-ordni huma stess. Minkejja dan kien irrappurtat li nstemgħat sparatura mid-dar ta’ Cassar Torreggiani u din l-isparatura kienet ġejja mid-direzzjoni tat-tieqa. Dan kollu ta’ impressjoni li kienu l-Maltin li sparaw l-ewwel.

JINQATLU TLITT IRĠIEL U BOSTA MIDRUBIN

Manwel Attard ġuvni ta’ 26 sena, kien l-ewwel persuna li miet fl-irvell hekk kif sparalu suldat Ingliż quddiem id-dar ta’ Torreggiani, filwaqt li oħrajn kienu midruba. Ġuże Bajjada raġel ta’ 38 sena ntlaqat fi Strada Teatro hekk kif kien qiegħed iġorr il-bandiera Maltija.

Filwaqt li fl-istamperija s-suldati ġew imsakkra ġewwa u hu magħruf li kien hemm riħa qawwijja ta’ gass li ħadd ma kien jaf min fejn hi ġejja. Huma ġew ordnati li jisparaw lejn l-art biex il-folla tersaq u jirnexxielha toħroġ bla ma tolqot lin-nies iżda Lorenzo Dyer żagħżugħ ta’ 21 sena magħruf bħala “Tal-bdock” ġie milqut u midrub serjament u għalkemm provaw imexxuh għall-Pjazza San Ġorġ hu miet minnu fih.

IR-RABA’ FATALITÀ

L-għada, il-folla attakkat il-palazz tal-koronell Francia li kien ukoll involut fl-industrija tal-qamħ u kellu l-makkinarji. Bħal ma’ kien ġara fil-ġurnata preċedenti fid-dar ta’ Cassar Torreggiani, il-folla bdiet tarmi l-għamara, il-fidda u oġġetti oħra barra.

Aktar tard matul il-ġurnata 140 suldati tal-qawwa navali waslu u pprovaw kemm jistgħu jikkalmaw il-folla. Carmelo Abela, “il-Paddy” ta’ 39 sena, li kien akkumpanjat min ibnu, ġie avviċinat mis- suldati biex jarrestawh iżda rreżista, u s-suldati daħlulu bajunetta fl-istonku u miet ġimgħa wara.

PASS EQREB GĦALL-AWTONOMIJA

L-għada tal-irvell ġew iċ-ċensurati artikli politiċi mill-gazzetti, ’il fuq min 50 persuna kienet midruba u diversi rvelli f’irħula komplew isiru. Fid-19 ta’ Settembru 1919, Lord Plumer bagħat ir-rapport lill-Uffiċċju Kolonjali fejn spjega, “l-eċitament issa għadda…

Malta hija kkunsidrata bħala fortizza tal-Imperu u bħala fortizza għanda tkun sors ta’ saħħa u mhux ta’ dgħufija, l-ebda miżura m’għandha tiġi kkunsidrata li tista’ tnaqqas il-valur tagħha f’dik il-kapaċità.

Fl-opinjoni tiegħi fil-proposta ta’ self-government, l-interessi Imperjali jistgħu jiġu salvagwardjati b’mod sigur. Rekwiżiti Navali u Militari se jkunu ta’ importanza u se jkunu ċari ħafna t-talbiet u l-kunsiderazzjonijiet lokali li għandhom jinbidlu.

Ma naħsibx li se jkun hemm jew qatt se jkun l-iċken xewqa tal-Maltin li jikkontestaw dan; għall-kuntarju huma jirrealizzaw bi sħiħ li s-sigurtà Imperjali hija s-sigurtà tagħ- hom ukoll u jekk permezz ta’ delega liberali se nkunu qegħdin nagħtuhom l-awtorità fuq affarjiet lokali u b’hekk jibqgħu leali lejn l-Imperu Ingliż.” Dan ingħata lill-Maltin fl-1921.

Ekonomija

Sport