Il-finali tant mistennija tal-FA Cup bejn Manchester City u Manchester United li suppost qiegħda programmata li tintlagħab fit-3 ta’ Ġunju li ġej tista’ titmexxa minħabba li l-Assoċjazzjoni tat-trasport pubbliku f’Londra mistennija jagħmlu strajk.
L-ASLEF, li hi wkoll l-unjin li tirrappreżenta lill-membri sewwieqa, se tkun qed tagħmel strajk simili waqt il-finali tal-Eurovision Song Contest f’nofs ix-xahar.
L-għan tal-ASLEF hu proprju sabiex jeffettwaw avvenimenti mistennija u jinstema’ leħinhom u eventwalment jieħdu żieda fil-pagi li tant ilha msemmija.