Tuesday, May 14, 2024

L-Old Motors Club Malta b’attività speċjali fil-100 anniversarju tal-MG

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd, 23 ta’ April, Old Motors Club Malta organizza spettaklu fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta. Sebgħa u sebgħin karozza li jvarjaw minn karozzi vintage ta’ qabel il-gwerra għal oħrajn mill-bidu tas-snin 90. Din id-darba, Old Motors Club Malta rriżerva post speċjali għall-marka Ingliża Morris Garage magħrufa bħala MG, peress li l-marka qed tiċċelebra l-100 Anniversarju mit-twaqqif tagħha.

L-wirja marret tajjeb mat-turisti u nies oħra li żaru pjazza San Ġorġ apposta u dawk li nzertaw fil-Belt Valletta. Dawk li attendew kellhom l-opportunità li jieħdu ritratti mal-karozzi, jitkellmu mas-sidien tagħhom u l-iktar ħaġa importanti kienet li jagħmlu ħbieb ġodda.

Old Motors Club Malta għandu l-każin tiegħu f’ Hope Street  fil-Mosta u l-preżenza tiegħu online fuq Facebook u www.oldmotorsclub.com.

Sport