Tuesday, December 24, 2024

“Il-fjura tagħna issa mort ma’ fjuri oħra sbieħ … INĦOBBUK”

Missier Kacey isellem lil bintu bħala l-fjura sabiħa li ttieħdet

Aqra wkoll

Il-Fjura tagħna
Int kont fjura bl-isem Kacey
Int kont fjura sabiħa kemm minn ġewwa u wisq minn barra
Int kont fjura li kont taf tħobb
Int kont fjura ta’ rispett
Int kont fjura dejjem bil-warda fuq wiċċek
Int kont fjura b‘dak il-wiċċ wisq sabiħ
Issa fjura tagħna li mort ma’ fjuri oħra sbieħ mal-Mulej
Jien missierek, ommok, ħuk , in-nanna u dawk kollha
Se nibqgħu  inħobbuk sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Hekk sellem il-memorja ta’ bintu, missier Kacey Sciberras li lbieraħ tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard.

Missier it-tfajla għalaq isellem lil Kacey u qalilha li dawk kollha li kienet timlhielhom ħajjithom bil-ferħ u l-imħabba tagħha se jibqgħu jħobbuha għal dejjem.

Kacey Sciberras hija l-aħħar vittma ta’ inċident tat-traffiku f’pajjiżna wara li ġuvni ta’ 20 sena residenti San Pawl il-Baħar għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza, Chevrolet Aveo li kien qiegħed isuq. Fl-istess karozza kien hemm riekba l-vittma u tfajla oħra.

Ekonomija

Sport