Monday, May 13, 2024

Il-fliexken iż-żgħar tal-Kinnie magħmulin mill-plastik (PET) 100% riċiklat

Aqra wkoll

Simonds Farsons Cisk plc, is-sidien u l-produtturi tal-marka magħrufa Kinnie, ħabbru li l-fliexken iż-żgħar (50ċl) tal-Kinnie, il-Kinnie Zest u d-Diet Kinnie issa huma magħmulin 100% minn plastik riċiklat PET (rPET). Din it-tnedija qed issir f’fażijiet u hi biss l-ewwel parti ta’ investiment ikbar u fit-tul li għandu jibdel il-fliexken kollha tal-plastik li tuża Simonds Farsons Cisk biex jibdew isiru mill-plastik (PET) riċiklat. Din il-miżura hi konformi mal-impenn ta’ UNESDA li jiġu prodotti biss fliexken tal-plastik 100% riċiklat u/jew minn plastik (PET) rinovabbli sal-2030 (*), u hi pass ’il quddiem f’konformità mad-Direttiva tal-UE 2019/904 () dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent li tistipula kontenut ta’ rPET minimu ta’ 25% sal-2025 ().

Simonds Farsons Cisk plc hi membru fundatur tal-Malta Beverage Producers Association, li hi membru tal-UNESDA, assoċjazzjoni Ewropea li tirrappreżenta l-industrija Ewropea tas-soft drinks. L-UNESDA twaqqfet fl-1958 u hi bbażata Brussell.

Is-Sa Susan Weenink Camilleri, Head of Sales & Marketing ta’ Simonds Farsons Cisk plc, qalet li “F’Farsons aħna impenjati bis-sħiħ li nnaqqsu l-impatt tal-karbonju u li naraw li l-ippakkjar tagħna jkun sostenibbli kemm jista’ jkun. Din hi biss waħda mill-miżuri li qed ninvestu fihom. Din it-tnedija hi l-ewwel pass f’dan il-vjaġġ u l-għan aħħari tagħna hu li l-firxa sħiħa ta’ Kinnie, u l-portfolju tas-soft drinks l-oħra tagħna fil-fliexken tal-plastik, jiġu kollha ppakkjati fi plastik 100% riċiklat.”

Il-plastik riċiklat huwa PET li jkun ġie riċiklat, ipproċessat mill-ġdid, u mibdul f’ħaġa ġdida. Barra minn hekk, kull ippakkjar magħmul mill-rPET jista’ jiġi rriċiklat. L-użu tal-rPET hu skont il-prinċipji ta’ ekonomija ċirkolari.

Dan l-investiment fi fliexken 100% rPET jikkumplimenta l-inizjattiva tal-BCRS (Beverage Container Refund Scheme) li dan l-aħħar ħabbret li, minn Jannar 2023, kull xahar qed jinġabru 74% tal-fliexken użati. Dan ifisser medja ta’ madwar 675,000 flixkun kuljum (***).

Is-Sa Weenink Camilleri qalet ukoll li “Aħna nħaddnu l-viżjoni fit-tul tal-industrija tax-xorb, li l-ippakkjar m’għandu qatt jispiċċa mal-iskart.”

Ix-xarbiet Kinnie, Diet Kinnie u Kinnie Zest huma prodotti, irreklamati u mqassma minn Simonds Farsons Cisk plc. Kinnie u l-varjetatjiet tiegħu jinsabu f’bottijiet ta’ 33ċl, fi fliexken tal-ħġieġ ta’ 25ċl, u fi fliexken tal-plastik ta’ 50ċl, 1 litru u 1.5 litru.

Sport